Kif naħdmu

View of the European Parliament building in Brussels

 

 

Bħall-Membri tal-Parlament Ewropew kollha, il-Membri tal-Grupp tal-PPE jiġu eletti fil-livell lokali mill-votanti fl-Istat Membru tagħhom biex jirrappreżentaw l-interessi tal-popolazzjoni lokali fuq kwistjonijiet leġiżlattivi u politiċi fil-livell Ewropew, iggwidati mill-pożizzjoni ġenerali tal-Grupp tagħhom.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma organizzati skont l-affiljazzjoni politika, mhux skont il-pajjiż, u jistgħu jagħmlu parti minn grupp politiku wieħed biss. Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar fost it-tmien gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.

L-attività ewlenija tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew (PE) hija l-ħidma leġiżlattiva. Il-PE jagħmel il-biċċa l-kbira ta’ xogħlu permezz ta’ kumitati speċjalizzati, li jfasslu, jemendaw u jadottaw proposti leġiżlattivi u rapporti. Il-Membri tagħna huma rrappreżentati f’dawn il-kumitati parlamentari, u fihom jokkupaw ħafna pożizzjonijiet ta’ tmexxija fi proporzjon mad-daqs tal-Grupp tagħna.

Il-gruppi ta’ ħidma tagħna

Is-suġġetti koperti mill-kumitati tal-PE huma vasti u varjati. Biex dan ikun rifless, norganizzaw xogħolna fil-kumitati skont gruppi ta’ ħidma. L-erba’ gruppi ta’ ħidma tagħna, kull wieħed minnhom immexxi minn wieħed mill-Viċi Presidenti tagħna, jirrappreżentaw l-oqsma politiċi prijoritarji tagħna:

Dawn il-gruppi ta’ ħidma jifformulaw il-pożizzjoni kkoordinata fil-livell għoli tal-Grupp tal-PPE fir-rigward tar-rapporti u tar-riżoluzzjonijiet li l-PE jkun se jivvota fuqhom fil-livell tal-kumitait parlamentari u tal-plenarja.

Il-Grupp tal-PPE l-ewwel iħejji l-pożizzjoni tal-PPE fil-livell ta’ kumitat. Il-gruppi ta’ ħidma mbagħad jiltaqgħu qabel kull sessjoni plenarja. F’dawn il-laqgħat il-Membri tagħna jiddiskutu r-rapporti, ir-riżoluzjonijiet u l-punti l-oħra li jidħlu fis-setturi politiċi speċifiċi tagħhom bil-għan li tissawwar linja komuni tal-Grupp tal-PPE li tiġi segwita waqt il-votazzjonijiet li jsiru fis-sessjoni plenarja tal-PE li jkun imiss.

Bħala l-akbar grupp politiku tal-Parlament, ninsabu f’pożizzjoni aktar b’saħħitha meta mqabbla ma’ dik ta’ gruppi oħrajn, mhux biss meta niffissaw l-aġenda politika iżda wkoll meta niġu biex nirbħu l-votazzjonijiet l-aktar importanti. Infatti, mill-1999, irbaħna aktar votazzjonijiet minn kwalunkwe grupp ieħor fis-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar tal-PE.

The newly-elected President of the European People’s Party, Manfred Weber MEP, surrounded by applauding EPP politicians
MEPs fis-sala tal-laqgħat tal-Grupp tal-PPE
MEPs in the EPP Group's meeting room
Group picture of EPP Group Presidency and the Secretary-General

 

Fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew

Il-Partit Popolari Ewropew (PPE) huwa l-akbar familja politika fl-UE u dik l-aktar influwenti. L-attività ewlenija tiegħu tikkonsisti f’li jifformula pjattaformi politiċi fit-tul, jagħmilha ta’ punt fokali ta’ kuntatt għall-politiċi taċ-ċentru lemin Ewropew, u jaġixxi ta’ ankra politika għall-partiti tal-pajjiżi Ewropej mhux membri tal-UE. Il-PPE jorganizza regolarment kungressi li matulhom ir-rappreżentanti tal-partiti membri, tal-gvernijiet nazzjonali u tal-organizzazzjonijiet fi ħdan il-familja tal-PPE, pereżempju l-Grupp tal-PPE, jiltaqgħu biex jiddiskutu dwar il-programm politiku u jiddeterminaw id-direzzjoni politika tal-PPE.

Barra minn hekk, il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UE li jappartjenu għall-PPE jiltaqgħu qabel kull Kunsill Ewropew biex jiddiskutu l-aġenda tal-Kunsill Ewropew u jikkoordinaw il-pożizzjonijiet politiċi. Dawn is-Summits tal-PPE, kif insejħulhom, jirrappreżentaw opportunità għalina biex niddiskutu dwar kwistjonijiet ta’ attwalità mal-kontropartijiet Ewropej tagħna.

Il-Grupp tal-PPE jlaqqa’ lil dawk ir-rappreżentanti tal-PPE li ġew eletti Membri tal-Parlament Ewropew. Il-Grupp huwa rappreżentat f’kull korp ewlieni tal-Partit: il-Kungress, l-Assemblea Politika u l-Presidenza.

Il-Grupp

  • Immexxi miċ-Chairperson
  • Magħmul miċ-Chairperson, 10 Deputati Chairpersons, il-Bureau u l-Assemblea

Relazzjonijiet barra mill-UE

  • Il-prijoritajiet strateġiċi tar-relazzjonijiet esterni tal-UE huma mmexxija minn Deputati Chairpersons responsabbli minn reġjuni speċifiċi
  • Din iwassal għal ħidma tal-Membri fid-delegazzjonijiet interparlamentari

Delegazzjonijiet Interparlamentari

  • Id-delegazzjonijiet interparlamentari kollha jinkludu membri mill-Grupp
  • Uħud minnhom bħala Chairpersons jew Deputati Chairpersons fuq livell parlamentari
  • Matul l-aħħar snin, ir-rwol tad-Delegazzjonijiet Interparlamentari sar aktar importanti, tant li effettivament saru forma ta’ diplomazija parlamentari - jiżviluppaw ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Parlament ma’ pajjiż jew grupp ta’ pajjiżi speċifiċi.

Il-Grupp tagħna fil-Parlament Ewropew

Mill-4 ta’ Ġunju 2014, il-presidenza tal-Grupp tagħna tinsab f’idejn Manfred Weber fil-kapaċità tiegħu ta’ President tal-Grupp tal-PPE. Il-membri tal-Grupp tal-PPE eleġġewh President għal mandat ta’ sentejn u nofs li jiġġedded u minn dak iż-żmien kompla jiġġedded kull darba. Il-Presidenza, il-Bureau u l-gruppi ta’ ħidma mbagħad jgħinu lil Manfred Weber f’firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet fil-Parlament Ewropew.

Il-Presidenza tagħna ġġib flimkien il-President u l-għaxar Viċi Presidenti tagħna, li jmexxu l-gruppi ta’ ħidma u attivitajiet parlamentari oħra. Il-Presidenza tmexxi lill-membri fis-seduti plenarji u tirrappreżenta lill-Grupp esternament.

Il-Bureau tagħna hu ffurmat mill-Presidenza, l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet Nazzjonali u membri oħra tal-Grupp involuti fil-funzjonijiet tal-Parlament Ewropew (tista tara l-lista sħiħa fir-Regoli ta’ Proċedura tagħna). Il-Bureau tagħna huwa kompetenti biex iħejji s-sessjonijiet plenarji parlamentari, u jenfasizza l-aktar kwistjonijiet rilevanti għall-Grupp mill-perspettivi tad-delegazzjonijiet nazzjonali tagħna.

Bħala l-ogħla organu tal-Grupp tal-PPE, l-Assemblea tal-Grupp tikkonsisti mill-membri kollha tal-Grupp. Fost ir-rwoli tal-Assemblea hemm is-segwenti:

  • tieħu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet politiċi kollha li jiġu ttrattati ġewwa jew barra l-Parlament Ewropew;
  • teleġġi l-Presidenza tal-Grupp;
  • twaqqaf il-gruppi ta’ ħidma;
  • taħtar lill-membri tal-Grupp biex jimlew il-postijiet battala riżervati għall-Grupp tal-PPE fil-korpi tal-Parlament Ewropew.
Diagram image displayed on mobile Diagram image displayed on desktop
A
Chairperson
  • Manfred Weber
B
Presidenza
  • Chairperson
  • Għaxar Deputati Chairpersons
C
Bureau
  • Presidenza
  • Kapijiet tad-delegazzjonijiet nazzjonali
  • Il-Viċi Presidenti u Quaestors tal-Parlamentari li huma membri tal-Grupp
  • Chairpersons tal-Kumitati tal-PE membri tal-Grupp
  • Koordinaturi tal-Grupp fi ħdan il-Kumitati tal-PE
  • Il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-PPE jekk huma wkoll MEPs
  • Membru co-opted għal kull għaxar membri ta’ delegazzjoni nazzjonali
D
Assemblea tal-Grupp
  • Il-membri kollha tal-Grupp
  • Membri li huma parti wkoll mid-delegazzjoni nazzjonali
  • Huma organizzati mid-delegazzjoni nazzjonali fi ħdan il-Grupp
E
Is-Segretarjat
  • Is-Segretarju Ġenerali, seba' Diretturi u impjegati tal-Grupp
  • Jassigura l-ħidma bla xkiel tal-Grupp
  • Dmirijiet amministrattivi u segretarjali

Aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek

Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:

Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom: