Dak li nemmnu

L-Ewropa qed tħabbat wiċċha ma’ bosta sfidi minn fatturi esterni bħall-indħil barrani, l-aħbarijiet foloz, il-globalizzazzjoni, il-protezzjoniżmu, it-terroriżmu, u theddid ieħor għall-istil ta’ ħajja tagħna. Barra minn hekk, qed taffronta x-xettiċiżmu intern xprunat minn sentimenti anti-Ewropej. Għaldaqstant, it-trawwim ta’ Ewropa magħquda u reżiljenti li tkun kapaċi tindirizza b’mod effettiv dawn il-kwistjonijiet huwa kruċjali filwaqt li jinżammu l-valuri nsara indispensabbli tagħna.

Id-demokrazija Kristjana għandha rwol vitali fit-twaħħid tal-isforzi tagħna billi tqiegħed lill-individwu fiċ-ċentru tal-azzjoni politika tagħna. L-impenn tagħna għall-libertà u l-għoti tas-setgħa lill-individwi jġib miegħu responsabbiltà sinifikanti.

Permezz tal-kollaborazzjoni u l-preservazzjoni tal-Unjoni Ewropea, nistgħu nistinkaw għall-kisba ta’ Ewropa aktar ambizzjuża u aħjar.

Biex nibnu Ewropa li verament tirrappreżenta lill-poplu tagħha jeħtieġ li nnaqsu d-diviżjonijiet fejn oħrajn jaraw biss differenzi. Hekk kif insawru l-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna, huwa essenzjali li nżommu sew mal-valuri tagħna u nkunu leħen ir-raġuni, il-kompassjoni u t-tama. Dan kollu filwaqt li naħdmu għal Ewropa li taħdem għal kulħadd.

Patt Ewropew għas-Sigurtà

Ewropa li ssawwar il-futur

Ewropa li hi importanti għan-nies

Ewropa li tlaqqa’ lin-nies flimkien

Fruntieri sikuri, Ewropa sikura

Il-kriminalità organizzata teħtieġ rispons Ewropew komuni.

Viżjoni għas-Sigurtà tal-Enerġija u l-Materjali Awwali Kritiċi

It-tisħiħ tal-intraprenditorjat tal-UE u tal-SMEs

Ftehim tal-Bdiewa Ewropej

Il-bini ta' ekonomija tas-suq soċjali li tieħu ħsieb

Il-promozzjoni ta' ftehimiet kummerċjali biex nipproteġu l-mod Ewropew ta' ħajja tagħna

Temm il-vjolenza kontra n-nisa

Il-bini ta' Unjoni Ewropea tas-Saħħa vera

Qegħdin ma' l-Ukrajna

Irkupru Ekonomiku u Soċjali u regoli ġodda tal-baġit tal-UE

Li jagħmel il-Ftehim Aħdar jaħdem għal kulħadd

Ewropa aktar b'saħħitha fid-dinja

Regoli għal ambjent diġitali sigur u kompetittiv

Politika tal-konsumatur għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali

Id-demokrazija Ewropea: valuri komuni, regoli u drittijiet