Il-prijoritajiet tagħna 

Id-dinja tinsab fi stadju ta’ bidliet kbar: id-diġitalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni, l-immigrazzjoni, l-iżvilupp demografiku, u sfidi ġodda ta’ sigurtà. Dawn il-bidliet qed iħallu l-impatt fuq l-Ewropa wkoll, sal-punt li l-proġett Ewropew qed isib sfidi kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra. Il-punt fejn l-Unjoni Ewropea se tkun imkejla se jkun l-abbiltà li tindirizza dawn l-isfidi u ttejjeb il-ħajja ta’ kuljum tan-nies. Għamilna progressi kbar f’temi li huma importanti għall-Ewropej: nassiguraw il-fruntieri, niġġieldu t-terroriżmu, insaħħu l-investiment u noħolqu x-xogħol. Imma rridu nibqgħu ambizzjużi - u hekk se nibqgħu.

Position Papers