committee

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

Spinta lill-impjiegi taż-żgħażagħ, l-inklussività u l-mobilità

Hu jkopri, fost affarijiet oħra, il-politika tat-taħriġ vokazzjonali (inklużi l-kwalifiki professjonali), il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-pensjonanti, u d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u s-suq tax-xogħol (minbarra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, li taqa' taħt il-kompetenza tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa).

F'termini prattiċi, dan il-kumitat jagħti prijorità lill-azzjonijiet tagħna biex tingħata spinta lill-impjiegi taż-żgħażagħ u lill-intraprenditorija, irawwem suq tax-xogħol inklussiv u jippromwovi l-mobilità tal-ħaddiema.

Għamilna passi sinifikanti ‘l quddiem. Aħna ħdimna qatigħ biex jiżdied il-finanzjament Ewropew għall-politiki kollha relatati maż-żgħażagħ, mill-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ għall-programmi taż-żgħażagħ (bħall-Garanzija tal-UE għaż-Żgħażagħ u Erasmus+).

Aħna favur l-investiment fl-edukazzjoni u fil-prijoritajiet essenzjali għat-tagħlim tul il-ħajja jekk irridu noffru liż-żgħażagħ Ewropej prospetti aħjar u nibnu ekonomija aktar dinamika, innovattiva u kompetittiva u qegħdin naħdmu b'mod attiv lejn dawn l-għanijiet.

Kontenut relatat