
Kif naħdmu fil-prattika
Il-Grupp tagħna jiltaqa’ qabel kull sessjoni plenarja biex jaqbel fuq il-pożizzjoni tagħna fuq kull tema fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew, u kif se nkunu qed nivvutaw. Madanakollu, qabel, tkun saret ħidma preparatorja fuq livell ta’ kumitat u delegazzjoni biex ikun tkun stabbilita l-aqwa pożizzjoni, fejn ikunu ttieħdu in konsiderazzjoni diversi veduti. Biex nassiguraw li l-pożizzjonijiet tagħna jkunu koerenti, aħna nistrutturaw il-ħidma preparatorja tagħna permezz ta’ erba’ Gruppi ta’ Ħidma, li kull wieħed minnhom ikopri diversi kumitati. L-MEPs li teleġġu huma membri ta’ Grupp ta’ Ħidma wieħed jew aktar. Ħafna wkoll għandhom karigi fi ħdan l-istrutturi ta’ governanza tal-Grupp.
Dak li nemmnu



