committee

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

L-appoġġ lill-bdiewa u l-protezzjoni tas-sigurtà tal-ikel

Is-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza fit-tul tal-agrikoltura tal-UE huma prijoritajiet ewlenin għall-Grupp PPE u għall-Membri tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Qed naħdmu għal patt ekoloġiku ġust li huwa ekoloġikament, soċjalment u ekonomikament sostenibbli.

Il-Grupp PPE qed jistinka biex ikollna politika agrikola tal-UE aktar b’saħħitha, b’finanzjament adegwat u b’metodi ġodda, sostenibbli u effiċjenti sabiex tiġi ssalvagwardjata l-produzzjoni lokali tal-ikel f’azjendi agrikoli tal-familja fl-Ewropa u jingħata appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ ħalli tiġi żgurata l-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa tal-ġejjieni. Il-bini tar-reżiljenza għall-produzzjoni tal-ikel tagħna huwa kruċjali issa li l-gwerra li bdiet ir-Russja fl-Ukrajna ġabet taqlib u inċertezza fil-katina alimentari kollha.

Minbarra l-ħidma leġiżlattiva tiegħu, il-Kumitat isegwi wkoll l-implimentazzjoni tal-PAK u kwistjonijiet oħra f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-Kunsill, flimkien ma’ istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħra tal-UE.

A man in a wheat field stands in front of a tractor