L-Intern u l-Affarijiet Legali

Ingawdu d-drittijiet fundamentali u nirrispettaw is-saltna tad-dritt

Aħna rridu UE fejn iċ-ċittadini jgawdu d-drittijiet fundamentali u fejn is-saltna tad-dritt tkun rispettata. Il-Grupp ta’ Ħidma għall-Intern u l-Affarijiet Legali jiffoka biex jara li dan iseħħ. Il-Grupp ta’ Ħidma jaħdem ukoll fuq temi oħra bħall-immigrazzjoni, l-libertajiet ċivili, l-ugwaljanza tas-sessi, u affarijiet edukattivi, kostituzzjonali u legali.

Il-Grupp tagħna għamel progressi kbar f’numru ta’ oqsma, fosthom is-sigurtà tal-fruntieri biex l-Ewropej ikunu jistgħu jgawdu l-erba’ libertajiet, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-frodi, u ż-żieda fil-protezzjoni tal-vittmi. Aħna insistejna għall-ħolqien tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta (il-Frontex), mexxejna ‘l quddiem kontrolli elettroniċi taċ-ċittadini kollha li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Ewropa, ġġilidna biex linji tal-ajru jiżvelaw ir-rekords tal-passiġġieri li jkunu qed itiru lejn l-Ewropa, aġġornajna l-qafas legali dwar it-terroriżmu u temmejna l-iffinanzjar elaborattiv għat-terroriżmu.

Illum, qed naħdmu għal approċċ Ewropew komuni dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-ażil. U bi tkabbir ekonomiku li għandu bżonn qafas legali li jassigura il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kemm online kif ukoll offline, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-era diġitali wkoll hi fuq l-aġenda tagħna.

Chairperson

Paulo RANGEL

Il-Kumitati f'dan il-Grupp ta' Ħidma

Affarijiet Kostituzzjonali

It-tħassib taċ-ċittadini jiġi l-ewwel Il-Kumitat jaħdem ukoll biex itejjeb il-mod li bih il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jiġu ...

Affarijiet Legali

Is-salvagwardja tal-liġi Ewropea u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-Ewropej Ir-responsabbiltajiet l-oħra tiegħu jinkludu l-Istatut għall-Membri u r-Reg...

Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi

L-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess Il-Kumitat huwa responsabbli biex jiddefinixxi, ...

Kultura u Edukazzjoni

It-titjib tal-għarfien u l-kultura Ewropej Il-mandat tiegħu huwa wiesa' ħafna peress li jindirizza kwistjonijiet relatati mal-politika aw...

Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern

Il-ħarsien tad-drittijiet fl-Ewropa u lil hinn minnha Ir-regoli dwar il-migrazzjoni u l-asil jaqgħu wkoll taħt il-ma...

Petizzjonijiet

Intejbu l-leġiżlazzjoni futura Fuq livell prattiku, huwa responsabbli għall-ipproċessar tal-petizzjonijiet u wkoll għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewro...

Użu tal-Pegasus u ta' Software ta' Spjunaġġ għas-Sorveljanza Ekwivalenti

Kumitat ta' Inkjesta biex Jinvestiga l-Użu tal-Pegasus u ta' ...

Pożizzjoni relatata

L-Intern u l-Affarijiet Legali

Related Position Papers

No result

Kuntatt