Nibnu Ewropa kompetittiva u orjentata lejn il-ġejjieni

Il-Grupp ta' Ħidma għall-Baġit u l-Politiki Strutturali tagħna qed jaħdem għal baġit li bih l-Ewropa se ssir aktar kompetittiva u orjentata lejn il-ġejjieni, u li jippromwovi użu effikaċi u effiċjenti tal-flus tal-kontribwenti biex l-infiq tal-UE jħalli l-aħjar riżultati. Il-grupp PPE rnexxielu jimbotta regoli finanzjarji u amministrattivi aktar sempliċi biex itaffu l-piż fuq il-bdiewa, l-SMEs, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u fuq kull min jibbenefika minn finanzjament tal-UE.

Aħna appoġġjajna l-SMEs b'mod konsistenti fi kwalunkwe leġiżlazzjoni li tolqothom, partikolarment fl-allokazzjonijiet baġitarji. U bis-saħħa ta' bidla fir-regoli, il-bdiewa Ewropej se jkunu jistgħu jaċċedu għall-finanzjament tal-UE b'mod aktar faċli. L-MPE tagħna appoġġjaw miżuri maħsuba biex iwaqqfu l-adulterazzjoni tal-għasel, u appoġġjajna qafas ta' regoli li jippermetti s-sajd sostenibbli fil-Baħar tat-Tramuntana.

Chairperson

Our position

Dixxiplina baġitarja mhix kapriċċ

L-Ekonomija tas-Suq Soċjali għandha bżonn finanzi pubbliċi fis-sod. Jekk l-Ewropa trid iżomm livelli tajba ta’ protezzjoni soċjali, b’mod urġenti, rridu l-konsolidazzjoni fiskali. It-tnaqqis ta’ nfiq pubbliku mhux bżonnjuż hu kundizzjoni biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku u l-investimenti. Il-metodi li qed jimbuttaw il-gruppi politiċi tal-lemin ipoġġu l-ekonomija tagħna f’riskju akbar ta’ reċessjoni itwal u aktar profonda. Wara kollox, iż-żgħażagħ u l-ġenerazzjoni li jmiss jixirqilhom li jgħixu mingħajr il-piż tal-passat.

Il-Baġit tal-UE jirrappreżenta anqas minn 1% tal-PGD Ewropew għal 500 miljun persuna. Il-Baġit tal-UE għandu jkun flessibbli, biex l-Ewropa tkun kapaċi tiffinanzja l-politika tagħha.

Inżommu l-agrikoltura Ewropea kompetittiva

Biex tiggarantixxi ikel tajjeb, l-UE għandha tassigura li s-setturi agrikoli u tas-sajd ikunu soċjalment vijabbli, kompetittivi u tajbin għall-ambjent, flimkien ma’ livell ta’ għixien tajjeb għall-bdiewa u s-sajjieda.

L-Ewropa għandha wkoll tiġġieled għas-sigurtà tal-ikel u kontra l-frodi tal-ikel, filwaqt li fl-istess ħin, tħalli l-agrikoltura Ewropea biex tkun kompetittiva u tipprovdi s-sigurtà tal-ikel għall-500 miljun ċittadin. Aħna nemmnu li l-UE għandha tiffoka biex iżżomm l-impjiegi u ssaħħaħ iż-żoni rurali tagħna.

Fondi reġjonali responsabbli

Sistema ġdida ta’ riżorsi għandha tagħmel il-finanzjament tal-UE aktar trasparenti bl-Istati Membri jkunu responsabbli għall-immaniġġjar tajjeb tal-fondi tal-UE. Madwar 80% tal-fondi jiġu implimentati fuq livell nazzjonali, u fuqhom ikun hemm kontroll viġilanti mill-Kummissjoni Ewropea.