Kumitati speċjali

Tarka Ewropea għad-Demokrazija

Id-demokrazija m’hix fatta: teħtieġ ħidma kontinwa

Id-demokraziji Ewropej jinsabu taħt attakk u l-Grupp tal-PPE huwa impenjat li jirrispondi għall-isfidi ġeopolitiċi ġodda u għal dak li qed jistennew bosta ċittadini Ewropej. Qed jagħmel dan fi ħdan il-Kumitat Speċjali Tarka Ewropea għad-Demokrazija.

F’dawn l-aħħar 10 snin, l-ekosistemi globali tal-informazzjoni saru kampijiet ta’ battalji ġeostrateġiċi u l-Grupp tal-PPE mhux darba jew tnejn ra stati barranin jippruvaw jinfluwenzaw proċessi demokratiċi fl-UE u fil-pajjiżi individwali tal-UE. Bħala Unjoni, jeħtieġ li niddiskutu dwar il-mod kif nistgħu nadattaw il-leġiżlazzjoni tagħna biex tilqa’ għal dan it-theddid u tiddefendi l-valuri li fuqhom hija mibnija. Hemm bżonn urġenti li jingħata appoġġ immirat lir-reġjuni tal-UE li jmissu mar-Russja, mal-Belarussja u mal-Ukrajna għax t-theddid ibridu attwali tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE jirrikjedi azzjonijiet immedjati u konkreti. Madankollu, fuq livell aktar ġenerali, jeħtieġ li tiżdied ir-reżiljenza fl-Unjoni kollha ghax it-theddid li għandna quddiemna, b’mod partikolari online, ma għandux fruntieri.

Għandna nsaħħu l-protezzjoni tal-fruntieri, il-mobbiltà militari, l-immaniġjar tal-kriżijiet u l-preparazzjoni ċivili u tad-difiża, partikolarment bħala tweġiba għal theddid attwali, inkluż l-istrumentalizzazzjoni tal-immigrazzjoni fil-fruntieri. Ir-riskji li aħna esposti għalihom illum huma aktar gravi minn qatt qabel.

Xogħolna se jiffoka fuq indħil permezz ta’ pjattaformi online u l-impatt tagħhom fuq id-demokrazija, attakki fuq infrastruttura kritika, attakki ċibernetiċi, kontenut iġġenerat mill-AI u deepfakes, theddid ibridu domestiku, kif ukoll ir-rwol ta' atturi statali u mhux statali malizzjużi.

Il-Grupp tal-PPE se jagħmel evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-miżuri eżistenti u ppjanati tal-UE fid-dawl tal-indħil malizzjuż li jista’ jkun hemm fil-proċessi demokratiċi, u se nipproponu soluzzjonijiet konkreti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE għat-theddid u attakki ibridi.

Bħala konklużjoni, il-Grupp tal-PPE huwa impenjat li jiddefendi l-valuri universali, bħal-libertà tal-espressjoni fi spazji siguri u protetti online.

Għalhekk, fil-Parliament Ewropew, inħoloq kumitat speċjali ġdid jismu “Tarka Ewropea għad-Demokrazija”.

Id-demokrazija m’hix fatta: teħtieġ ħidma kontinwa.
 

Hand voting