Kumitati speċjali

Kriżi tal-Akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Soluzzjonijiet ġodda għall-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa

L-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha ma’ kriżi gravi ta’ akkomodazzjoni. Il-prezzijiet għoljin u n-nuqqas ta’ alloġġi bi prezzijiet aċċessibbli qed jolqtu liċ-ċittadini ta’ kull dħul. Minkejja li d-dritt għall-akkomodazzjoni huwa rikonoxxut fl-oqfsa internazzjonali u Ewropej, bosta ċittadini jispiċċaw jiġġieldu mal-ħajja minħabba kundizzjonijiet ta’ għixien inadegwati. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli, fosthom il-persuni b’diżabbiltà u dawk bla dar.

Biex jindirizza din il-kriżi, il-Grupp tal-PPE appoġġja l-ħolqien ta’ Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi ta’ Akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Dan il-Kumitat se jfassal il-bżonnijiet ta’ akkomodazzjoni, jassessja l-impatt tal-ispekulazzjoni tas-suq u tal-kirjiet qosra fuq l-akkomodazzjoni disponibbili, u jeżamina l-effetività ta’ finanzjamenti pubbliċi u privati. Wieħed mill-aspetti kruċjali tiegħu se jkun li jipproponi soluzzjonijiet biex jiżdied l-aċċess għall-akkomodazzjoni dinjituża, sostenibbli u  aċċessibli għall-but ta’ kulħadd, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Il-Kumitat Speċjali se jevalwa r-rwol tal-akkomodazzjoni soċjali u kooperattiva, jidentifika l-ostakli fis-settur tal-kostruzzjoni u janalizza r-riformi politiki biex tiżdied il-provvista tad-djar. Barra minn hekk, se jeżamina kif teknoloġiji ġodda, regolamenti u finanzjament aħjar jistgħu ikunu ta’ għajnuna għal l-isforzi ta’ tranġar ta’ djar u kostruzzjoni ġdida.

Il-Kumitat se jkun effettiv għal 12-il xahar u se jorganizza laqgħat ma esperti, żjarat u riċerka. Fit-tmiem tal-mandat tiegħu, se jippreżenta rapport finali li jkun fih rakkomandazzjonijiet fattibbli biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-UE kollha.

Couple in garden looking at residential house