Kontroll tal-Baġit

Aktar valur għall-flus ta’ min iħallas it-taxxa

Il-Kumitat huwa responsabbli mill-kontroll tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, biex jiżgura li din tonfoq il-flus ta’ min iħallas it-taxxa b’mod tajjeb. Jeżamina l-frodi u l-irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-baġit, u jissuġġerixxi miżuri għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn il-każijiet. Barra minn hekk, jagħmel verifiki tal-kontijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Aħna nemmnu f'approċċ għall-ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni, li jagħti valur aħjar għall-flus ta’ min iħallas it-taxxa billi javvanza l-prijoritajiet u l-politiki tal-UE, u 'l din jagħmilha aktar kapaċi tirrispondi tajjeb fi kriżi. L-ibbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni jinvolvi l-formulazzjoni ta' objettivi u miri strateġiċi, id-definizzjoni ta' miżuri kredibbli għall-ilħiq tal-objettivi previsti u s-sejbien ta' indikaturi adegwati biex ikejlu l-prestazzjoni filwaqt li jiżguraw koerenza bejn il-politiki u l-livelli politiċi differenti.

Il-Grupp tal-PPE qed jiġġieled għal inċentivi aktar qawwija li jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jagħmlu użu tajjeb mill-fondi tal-UE flimkien ma' qafas li jiżgura li d-data ppreżentata mill-Istati Membri tkun aktar konsistenti. Qed infittxu wkoll li l-baġit ikollu simplifikazzjoni, flessibilità, monitoraġġ u evalwazzjoni, flimkien ma' approċċ prammatiku għat-tfassil tal-baġit u rabta aktar b'saħħitha bejn id-dħul u l-infiq.

Bħalissa

No result

Pożizzjoni relatata

Il-Baġit, l-Agrikoltura u l-Fondi Reġjonali

Kontenut relatat

No result