Politika għall-Mediterran

Il-koperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi fil-Mediterran tmur lura għall-Proċess ta’ Barċellona, li ġiet imnedija fl-1995 bl-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona. Il-partnership kien imġedded bl-inawgurazzjoni tal-Unjoni tal-Mediterran fit-13 ta’ Lulju 2008.

Il-Proċess ta’ Barċellona, li hu uniku u ambizzjuż, jirrappreżenta punt ta’ bidla fir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Mediterran. Ir-relazzjoni reġjonali ġdida hi bażata fuq qafas wiesgħa ta’ relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali bejn l-UE u l-partners tan-Nofsinhar tal-Mediterran, b’dimensjoni parlamentari rappreżentata mill-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (UfM-PA).

Close-up of an olive tree in the sunset


Il-Grupp tal-PPE jikkunsidra politika avvanzata dwar il-viċinat bħala fundamentali, li tikkontribwixxi biex l-UE u l-partners tal-Mediterran jifhmu aktar lil xulxin. Aħna favur politika tal-Mediterran ibbażata fuq is-solidarjetà, li tkun kapaċi li tilħaq l-isfidi tal-paċi, l-istabbilità, l-immigrazzjoni llegali, t-terroriżmu, is-sigurtà, u li jkun hemm ftehim reċiproku u rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Aħna naħdmu mal-partners tal-Mediterran biex nidentifikaw prijoritajiet f’temi bħall-immigrazzjoni, ir-reliġjon, il-protezzjoni tal-ambjent, l-edukazzjoni u t-taħriġ. Aħna naħdmu wkoll għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja ekonomika, politika u soċjali, għall-aċċess tan-nisa għall-edukazzjoni u l-kura medika, u għall-proġetti u programmi indirizzati għan-nisa.

Il-Grupp ta’ Ħidma tal-PPE dwar il-Politika tal-Mediterran hu kommess li jwassal għal ħajja politika ġdida fir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Mediterran. Il-Grupp jiltaqa’ regolarment mal-Ambaxxaturi tal-pajjiżi Mediterranji, uffiċjali mill-istituzzjonijiet tal-UE relevanti u esperti, biex janalizzaw l-attivitajiet tal-Grupp b’rabta mal-UfM-PA u biex insaħħu r-relazzjonijiet politiċi tagħna mal-partiti u gruppi fin-nofsinhar tal-Mediterran b’pożizzjonijiet u valuri politiċi simili. Aħna norganizzaw ukoll konferenzi, smiegħ u missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti fil-pajjiżi fir-reġjun.

Related Publications

Kontenut relatat