Mexxejja globali
Biex tieħu rwol ta’ mexxejja globali fuq temi ta’ politika barranija, l-UE trid tkompli ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li titkellem b’vuċi waħda, inkluż li d-deċiżjonijiet dwar affarijiet barranin, ma tibqax teħodhom b’mod unanimu, iżda b’maġġoranza.
Aħna nemmnu li l-Ewropa għandha tkompli tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-prinċipji fundamentali tal-UE fis-setturi kollha li għandhom dimensjoni esterna, bħall-iżvilupp, l-immigrazzjoni, is-sigurtà, it-terroriżmu, it-tkabbir u l-kummerċ.
L-Ewropa għandha tkompli ssaħħaħ is-sigurtà u timxi lejn Unjoni tad-Difiża ta’ vera. Irridu wkoll nagħtu prijorità lis-sigurtà tal-enerġija fl-Ewropea u nassiguraw li l-enerġija ma tintużax bħala għodda politika.
Il-ftehim trans-atlantiku, pilastru ewlieni wara t-Tieni Gwerra Dinjija mibni fuq il-paċi u l-valuri u interessi komuni, qed jiffaċċja sfidi importanti kif ukoll interruzzjonijiet fl-immedjat, imma l-fundamentali fit-tul jibqgħu b’saħħithom u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tibqa’ kruċjali. L-istess bħalma tibqa’ sistema miftuħa u multilaterali ta’ kummerċ ħieles u ġust.
Aħna rridu li l-UE tkompli bl-impenn tagħha li teqred l-faqar estrem sal-2030, bl-UE tibqa’ l-mexxejja globali f’dan il-qasam. L-UE għandha tagħti prijorità lil pajjiżi b’rekord ta’ tmexxija tajba u rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.
Kummerċ dinji u investiment
Il-mira tagħna hi li nibnu sistema ta’ kummerċ dinji li tkun miftuħa u ġusta; waħda li tippermetti l-Ewropa biex tibni rabtiet politiċi kif ukoll toħloq l-impjiegi fl-industriji tal-esportazzjoni.
Irridu naraw l-Ewropa tkompla tibni ftehim ħielsa u ġusti li jissalvagwardjaw il-livelli għolja Ewropej f’setturi bħall-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent, soċjali u tal-informazzjoni, bħal dawk mal-Kanada u l-Ġappun, bħala mod ta’ kif tiftaħ is-swieq, tħeġġeġ it-tkabbir, teqred il-faqar u toħloq l-opportunitajiet għall-Ewropej.
Nipproteġu l-viċinat
L-UE għandha tkompli tibni ftehim partikolari mal-pajjiżi fil-viċinat bażati fuq tisħiħ tal-proċessi demokratiċi u s-saltna tad-dritt. Irridu ngħinu wkoll biex dawn ir-reġjuni jkunu stabbli u nressquhom aktar viċin l-Ewropa, minkejja l-attenti kontinwi tar-Russja biex tiddistabbilizza l-ġirien tagħna u terġa’ ssir influwenti fuq pajjiżi eks Sovjetiċi.
It-tkabbir hu wieħed mill-istejjer ta’ suċċess tal-UE. Irridu nkomplu niġġudikaw kull pajjiż kandidat fuq il-merti tiegħu stess, filwaqt li jibqa’ r-rispett lejn il-kriterji ta’ Kopenħagen u l-kapaċità tal-integrazzjoni tal-UE, li għandha tissaħħaħ.
Aħna naqblu mal-ftehim ta’ Tessaloniki, speċjalment fl-Ewropa tan-Nofsinhar Lvant, fejn irridu noħolqu l-aqwa kundizzjonijiet għat-tkabbir.
Grupp ta' Ħidma Relatat
Related Position Papers
Kontenut relatat
No result
Kuntatt

- Rasa JUKNEVIČIENĖ
- President - Grupp ta' Ħidma għall-Affarijiet Barranin
- rasa.jukneviciene@europarl.europa.eu
- +32 (0)2 28 45592
- @RJukneviciene