committee

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

L-appoġġ lill-bdiewa u l-protezzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-ikel

Flimkien mal-ħidma leġiżlattiva tiegħu, il-Kumitat isegwi wkoll l-implimentazzjoni tal-PAK u kwistjonijiet importanti oħra, bħas-sigurtà tal-provvista tal-ikel, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-Kunsill, flimkien ma' istituzzjonijiet u partijiet interessati oħra tal-UE.

Il-Grupp tal-PPE qed jistinka biex ikollna politika agrikola tal-UE aktar b'saħħitha, b'finanzjament adegwat u b'metodi ġodda, sostenibbli u effiċjenti li tissalvagwardja l-produzzjoni lokali tal-ikel f’irziezet tal-familji fl-Ewropa u tappoġġja lill-bdiewa żgħażagħ ħalli tiżgura l-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa tal-ġejjieni.

Tajna l-appoġġ tagħna wkoll lil 600,000 persuna li jrabbu n-naħal billi tlabna miżuri kontra l-adulterazzjoni tal-għasel u approċċ ċar u bbażat fuq ix-xjenza għall-ġestjoni tal-permessi għal kimiċi differenti li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tan-naħal.

Kontenut relatat