committee

Kwistjonijiet Fiskali

Is-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali (FISC), imwaqqaf taħt il-kappa tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), se jittratta l-kwistjonijiet kollha relatati mat-taxxa.

Il-Grupp PPE jistenna li kwistjonijiet importanti, ngħidu aħna t-tassazzjoni tad-dinja diġitali, se jkollhom piż qawwi fuq ħidmet is-Sottokumitat. Kif l-affarijiet qegħdin bħalissa, il-mod kif nintaxxaw il-kumpaniji llum jiddependi ħafna mill-preżenza fiżika, fatt li fl-era diġitali li fiha qegħdin ngħixu llum mhuwiex adattat għall-iskop. Idealment għandna bżonn kooperazzjoni internazzjonali fi ħdan l-OECD biex naslu għal sistema koerenti ta' tassazzjoni, pereżempju fir-rigward tal-kumpaniji teknoloġiċi l-kbar tal-Istati Uniti, bħal Google, Amazon, Facebook u Apple. Tajjeb iżda, li nkunu ppreparati biex ikollna soluzzjoni fuq livell tal-Unjoni Ewropea f'każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim internazzjonali fuq livell usa'. Fil-ħidma tas-Sottokumitat se tingħata wkoll enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, kif ukoll it-trasparenza finanzjarja għal skopijiet ta' tassazzjoni.

Fis-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali hemm 30 membru, li minnhom 8 huma tal-Grupp PPE.

FISC