Kif naħdmu

Il-Parlament Ewropew jorganizza l-Membri tiegħu fi gruppi politiċi skont l-affiljazzjoni politika tagħhom. Mis-seba' gruppi li jeżistu f’din il-leġislatura tal-Parlament Ewropew, il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar u l-eqdem.

View of the European Parliament building in Brussels

 

Mal-Parlament Ewropew

L-attività ewlenija tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew hi l-ħidma leġislattiva. Ix-xogħol ewlieni tal-Parlament Ewropew isir permezz tal-kumitati speċjalizzati, li jfasslu, jemendaw u jaddottaw proposti u rapporti leġislattivi. Il-Membri tagħna huma rappreżentati f’dawn il-kumitati parlamentari, fejn jinsabu f’diversi pożizzjonijiet tat-tmexxija, meta tqabbel mad-daqs tal-Grupp tagħna.

Bħala l-akbar grupp politiku fil-Parlament, aħna ninsabu f’pożizzjoni aktar b’saħħitha minn ħaddieħor, mhux biss biex infasslu l-aġenda politika, iżda anke biex nirbħu l-aktar voti kruċjali. Fil-fatt, mill-1999, waqt is-sessjonijiet plenarji kull xahar, aħna konna ninsabu fuq in-naħa rebbieħa tal-voti aktar minn kull grupp ieħor..

Mal-Partit Popolari Ewropew

Kuntrarju għall-Grupp, il-ħidma ewlenija tal Partit Popolari Ewropew (PPE) hi li jifformula l-pjattaformi politiċi fit-tul, biex iservi bħala punt ta’ kuntatt bejn politiċi taċ-ċentru-lemin Ewropew, u biex jaġixxi bħala ankra politika għall-partiti f’pajjiżi li mhux membri tal-UE. B’mod regolari, il-PPE jorganizza kungressi fejn rappreżentanti mill-partiti membri, gvernijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet fi ħdan il-familja tal-PPE, fosthom il-Grupp tal-PPE, jiltaqgħu u jiddiskutu l-programm politiku u d-determinazzjoni tad-direzzjoni politika tal-PPE.

Barra minn hekk, il-Kapijiet ta’ Stat u Gvern tal-UE li huma membri tal-PPE jiltaqgħu qabel kull Kunsill Ewropew biex jiddiskutu l-aġenda tal-Kunsill Ewropew u jikkoordinaw il-pożizzjonijiet politiċi. Dawn is-Summits tal-PPE, kif insejħulhom, huma opportunità biex isiru diskussjonijiet dwar temi kurrenti mal-kollegi Ewropej.

Il-Grupp tal-PPE jgħaqqad dawk ir-rappreżentanti tal-PPE li huma eletti bħala Membri tal-Parlament Ewropew. Il-Grupp hu rappreżentat f’kull organu tal-Partit: il-Kungress, l-Assemblea Politika u l-Presidenza.

The newly-elected President of the European People’s Party, Manfred Weber MEP, surrounded by applauding EPP politicians
MEPs fis-sala tal-laqgħat tal-Grupp tal-PPE
MEPs in the EPP Group's meeting room
Group picture of EPP Group Presidency and the Secretary-General

 

Mal-Gruppi ta’ Ħidma

It-temi tal-Kumitati tal-PE huma vasti u wiesgħa. Biex jirrifletti dan, aħna norganizzaw il-ħidma tagħna fil-Kumitati permezz ta’ Gruppi ta’ Ħidma. Dawn il-Gruppi ta’ Ħidma jifformulaw il-pożizzjoni koordinata tal-PPE dwar ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet li l-PE ikun se jivvota fuqhom fuq livell ta’ kumitat u plenarja.

Il-Grupp tal-PPE l-ewwel jipprepara l-pożizzjoni tal-PPE fuq livell ta’ kumitat. Il-Gruppi ta’ Ħidma, imbagħad, jiltaqgħu qabel kull plenarja. Hawnhekk, il-Membri tagħna jiddiskutu r-rapporti, riżoluzzjonijiet u temi oħra fl-oqsma politiċi speċifiċi, biex jaslu għal pożizzjoni komuni tal-PPE għal waqt il-voti fis-sessjoni plenarja tal-PE li jkun imiss.

L-erba’ Gruppi ta’ Ħidma, li kull wieħed hu mmexxi minn wieħed mid-Deputati Chairpersons, jirrappreżentaw it-temi ta’ prijorità għalina: l-ekonomija, l-impjiegi u l-ambjent; l-affarijiet legali u l-intern; il-baġit, l-agrikoltura u l-fondi reġjonali; u l-affarijiet barranin.

Il-Grupp

  • Immexxi miċ-Chairperson
  • Magħmul miċ-Chairperson, 10 Deputati Chairpersons, il-Bureau u l-Assemblea

Relazzjonijiet barra mill-UE

  • Il-prijoritajiet strateġiċi tar-relazzjonijiet esterni tal-UE huma mmexxija minn Deputati Chairpersons responsabbli minn reġjuni speċifiċi
  • Din iwassal għal ħidma tal-Membri fid-delegazzjonijiet interparlamentari

Delegazzjonijiet Interparlamentari

  • Id-delegazzjonijiet interparlamentari kollha jinkludu membri mill-Grupp
  • Uħud minnhom bħala Chairpersons jew Deputati Chairpersons fuq livell parlamentari
  • Matul l-aħħar snin, ir-rwol tad-Delegazzjonijiet Interparlamentari sar aktar importanti, tant li effettivament saru forma ta’ diplomazija parlamentari - jiżviluppaw ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Parlament ma’ pajjiż jew grupp ta’ pajjiżi speċifiċi.

Manfred Weber imexxi l-Grupp bħala ċ-Chairperson tal-Grupp tal-PPE. Il-Membri tal-Grupp tal-PPE eleġġewh bħala Chairperson fl-4 ta’ Ġunju 2014 għal terminu li jiġġedded ta’ sentejn u nofs. Il-Presidenza, il-Bureau u l-Gruppi ta’ Ħidma jassistu lis-Sur Weber fuq numru ta’ temi fil-Parlament Ewropew.

Il-Presidenza tgħaqqad liċ-Chairperson u lill-għaxar Deputati Chairpersons, li jmexxu l-Gruppi ta’ Ħidma u attivitajiet parlamentari oħra. Il-Presidenza tmexxi lill-Membri fis-sessjonijiet plenarji u tirrapreżenta lill-Grupp b’mod esternament.

Il-Bureau hu magħmul mill-Presidenza flimkien mal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet Nazzjonali u Membri oħra tal-Grupp involuti fil-funzjoni tal-Parlament Ewropew (lista sħiħa hi disponibbli fir-Regoli ta’ Proċedura). Il-Bureau hu responsabbli mill-preparamenti għas-sessjonijiet plenarji parlamentari, li jenfasizza l-mistoqsijiet l-aktar relevanti għall-Grupp mill-perspettiva tad-Delegazzjonijiet Nazzjonali.

Bħala l-ogħla organu tal-Grupp tal-PPE, l-Assemblea tal-Grupp tikkonsisti mill-Membri kollha tal-Grupp. Ir-rwol tal-Assemblea jinkludi: li jittieħdu deċiżjonijiet dwar temi politiċi kemm fi ħdan kif ukoll barra l-Parlament Ewropew; jeleġġi l-Presidenza tal-Grupp, li jwaqqaf il-Gruppi ta’ Ħidma, u li jaħtar Membri tal-Grupp f’organi tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew.

A
Chairperson
  • Manfred Weber
B
Presidenza
  • Chairperson
  • Għaxar Deputati Chairpersons
C
Bureau
  • Presidenza
  • Kapijiet tad-delegazzjonijiet nazzjonali
  • Il-Viċi Presidenti u Quaestors tal-Parlamentari li huma membri tal-Grupp
  • Chairpersons tal-Kumitati tal-PE membri tal-Grupp
  • Koordinaturi tal-Grupp fi ħdan il-Kumitati tal-PE
  • Il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-PPE jekk huma wkoll MEPs
  • Membru co-opted għal kull għaxar membri ta’ delegazzjoni nazzjonali
D
Assemblea tal-Grupp
  • Il-membri kollha tal-Grupp
  • Membri li huma parti wkoll mid-delegazzjoni nazzjonali
  • Huma organizzati mid-delegazzjoni nazzjonali fi ħdan il-Grupp
E
Is-Segretarjat
  • Is-Segretarju Ġenerali, seba' Diretturi u impjegati tal-Grupp
  • Jassigura l-ħidma bla xkiel tal-Grupp
  • Dmirijiet amministrattivi u segretarjali

Aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek

Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:

Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom: