Nagħmlu l-Ewropa aktar kompetittiva
Aħna nemmnu f’suq wieħed Ewropew; hu essenzjali biex insaħħu l-kompetittività tal-Ewropa. L-Ewropa għandha tassigura li jkun hemm suq wieħed għas-servizzi filwaqt li tmexxi ‘l quddiem l-aġenda diġitali biex tassigura li tilħaq il-potenzjal sħiħ bħala mexxejja globali fis-suq diġitali.
Fl-istess ħin, aħna nemmnu fir-ri-industrijalizzazzjoni tal-Ewropa. L-Ewropa għandha ssaħħaħ il-kompetittività industrijali, mingħajr ma’ tpoġġi piż regolatorju żejjed fuq in-negozji.
L-Ewropa għandha bżonn ukoll politika tal-enerġija sostenibbli b’suq komuni li jiffunzjona għal enerġija bażata fuq prinċipji tas-suq li tgħaqqad ta’ dak li jista’ jinxtara. Flimkien ma’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, dan iwassal ukoll għal aktar sigurtà, indipendenza u diversità tal-provvista tal-enerġija, filwaqt li mmexxu ‘l quddiem prezzijiet tal-enerġija kompetittivi u affordabbli li jikkontribwixxu għat-tkabbir u aktar impjiegi.
Ninvestu fil-futur
L-Ewropa għandha toħloq ambjent li hu tajjeb għall-SMEs, tipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet finanzjarji u legali għal negozji li għadhom fil-bidu. Wara kollox, kumpaniji u negozji żgħar għandhom bżonn l-aċċess għall-flus b’rati tal-interess simili jew affordabbli, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji moderni bħall-kapital b’riskju, crowdfunding u bonds ta’ proġetti, kif ukoll finanzjament fuq livell Ewropew u nazzjonali.
Ninsistu wkoll għal qafas tal-UE li jippermetti kumpaniji biex jinvestu aktar fir-riċerka u l-iżvilupp. Il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), per eżempju, għandu jiffoka aktar fuq l-innovazzjoni, l-investiment, l-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa.
Il-baġit Ewropew ta’ aktar minn €350 biljun għall-politika strutturali sal-2020, hu kruċjali biex jipprovdi l-investiment, il-kompetittività u s-solidarjetà, u għandu jintuża biex ninkoraġixxu t-tkabbir. Fl-istess ħin, l-Ewropa għandha taġixxi b’mod responsabbli biex tevita piż żejjed fuq il-ġenerazzjonijiet futuri.
Nappoġġjaw ġenerazzjonijiet futuri
L-ekonomija Ewropea għandha tkun kommessa għall-prinċipju ta’ Ekonomija ta’ Suq Soċjali, mudell li jgħaqqad flimkien kuxjenza soċjali mal-prinċipji ta’ suq dinamiku, li, fl-aħħar għexieren ta’ snin, assigura livell ta’ ħajja għoli u benefiċċji soċjali/ta’ saħħa għaċ-ċittadini Ewropej fil-bżonn. L-impjiegi, t-tkabbir u n-negozji huma t-tliet pilastri tal-Ekonomija ta’ Suq Soċjali.
L-UE għandha tippromwovi miżuri ta’ prevenzjoni li jappoġġjaw is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE - partikularment it-trawwim ta’ stili ta’ ħajja tajba. Hemm bżonn sforzi konġunta biex jitnaqqas il-piż finanzjarju u soċjali ta’ mard bħall-kanċer.
Grupp ta' Ħidma Relatat
Related Position Papers
POLITIKI SPAZJALI GĦAT-TKABBIR, IT-TRANŻIZZJONI EKONOMIKA U S-SIGURTÀ FL-EWROPA
Il-viżjoni tagħna Il-Grupp PPE jistinka biex i...
L-UE tista' tgħin biex jitfejjaq il-kanċer: Sa 20 sena oħra, ħadd m'għandu jmut bil-kanċer
Il-kanċer huwa wieħed mill-isfidi e...
Ninnovaw l-Ewropa! Aħna nqiegħdu lin-nies fil-qalba tal-innovazzjoni
L-Ewropa għandha bżonn tqum minn hemm! Filwaqt li kienu prinċipalment l-iż...
Kontenut relatat
No result
Kuntatt

- Esther DE LANGE
- President - Grupp ta' Ħidma għall-Ekonomija u l-Ambjent
- esther.delange@europarl.europa.eu
- +32 (0)2 28 45954
- @Esther_de_Lange