Peter Agius jinħatar rapporteur tal-PPE dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropeja għal aktar Drittijiet lill-Persuni b’Diżabilita’

28.05.2025 10:22

Peter Agius jinħatar rapporteur tal-PPE dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropeja għal aktar Drittijiet lill-Persuni b’Diżabilita’

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

MEP Peter Agius
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

L-MEP Peter Agius ressaq sett ta’ 14 -il emenda dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropeja fil-qasam tad-drittijiet għall-Persuni b’Diżabilita’. Dawn l-emendi jenfasizzaw fuq ir-responsabilita’ tal-Unjoni Ewropeja li tiżgura d-dinjita’, l-inklussivita’ u l-ugwaljanza fost iċ-ċittadini kollha tagħha. 

Dr Agius inħatar Rapportuer tal-PPE minn żewġ kumitati, dak tal-Petizzjonijiet (PETI) u tas-Saħħa Pubblika (SANT) biex il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni biex jissaħħu d-drittijiet tal-persuni b’disabilita. L-irwol ta’ Peter Agius għandu l-għan li jiżgura li l-persuni b’diżabilita’ jgawdu mid-drittijiet fundamentali kollha, inkluż id-dritt għax-xogħol, li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika ta’ pajjiżhom u anke li jiffurmaw familja. 

Agius enfasizza li l-aċċess għal dawn id-drittijiet għandu jkun ikkunsidrat dritt bażiku fl-Unjoni Ewropea.

Fost proposti ewlenin oħra, Agius sejjaħ biex ċerti inizjattivi speċifiċi marbuta mad-diżabilita’ jiffurmaw parti mill-Aġenda Ewropeja dwar it-trasformazzjoni diġitali u l-Inteliġenza Artifiċjali (AI). L-emendi jinkoraġġixxu l-użu tat-teknoloġija moderna bħal dik tal-ispeech recognition biex titjieb il-komunikattiva għall-Persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ u diffikultajiet fit-taħdid. 

Waqt li jgħarrfu l-importanza tal-parteċipazzjoni ċivika miċ-cittadini kollha Ewropej, il-miżuri proposti minn Agius jippromovu il-parteċipazzjoni attivita tal-Persuni b’diżabilita’ mhux biss    permezz tal-vot iżda anke bħala kandidati fl-elezzjonijiet. Huwa sejjaħ lill-Kummissjoni Ewropeja biex tevalwa u tieħu azzjoni abbażi tal-aħħar elezzjonijiet Ewropej biex tiżdied l-inklużjoni fil-proċess elettorali. 

Emendi oħra meħtieġa jinkludu l-bżonn ta’ iktar edukazzjoni inklussiva kemm fil-livell bikri sal-edukazzjoni ogħla; u iktar għodda għall-edukaturi biex il-metidoloġiji tat-tagħlim isiru iktar inklussivi. Dr Agius sejjaħ ukoll biex kemm l-Ewropa u l-Istati Membri jappoġġjaw u jirrikonoxxu iktar l-irwol vitali tal-familja u ta’ dawk li joffru kura nformali lill-persuni b’diżabilita’. 

L-Aċċessibilita’ hija tema ewlenija fl-emendi proposti minn Agius. Huwa għamel referenza speċifika fuq l-aċċess fiżiku, li t-tabelli pubbliċi jkunu jistgħu jinqraw minn kunħadd; u ddisinjar inklussiv bħall-inizzjattiva New European Bauhaus. Huwa sejjaħ għall-involviment ikbar mid-Disability Platform u r-rappreżentanti tal-organizazzjonijiet waqt dan il-proċess leġiżlattiv msejjes fuq il-prinċipju ta’ “xejn dwarna, mingħajrna”. 

“Dawn il-proposti jibdlu l-wegħdiet f’azzjoni konkreta”, qal Agius. “L-Unjoni Ewropeja għandha tmexxi bl-eżempju billi tinkludi l-aċċessibilita’ u l-inklużżjoni f’kull qafas ta’ politika. Għandha ukoll tħeġġeġ u tagħmilha faċli għall-persuni b’diżabilita’ li jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet kollha li jsawwru ħajjithom” 

Dawn l-emendi proposti jiffurmaw parti mid-dibattitu li għadeej bħalissa dwar kif l-Unjoni Ewropeja se ttejjeb il-liġijiet tagħha skont l-impenn li ħadet taħt il-Konvenzżjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-drittijiet għall-Persuni b’diżabilita’. Dan bil-għan li kull ċittadin Ewropew, irrelevanti mill-abiltajiet tiegħu jew tagħha ikun jista’ jiżviluppa b’mod sħiħ f’soċjeta’ inklussiva.

L-MEP Peter Agius issa qed iniedi wkoll konsultazjzoni pubblika miftuħa online bil-ħsieb li jkunu l-persuni b’diżabilita’ stess li jagħtu feedback u kontribut għall-bidliet li huma jikkunsidraw meħtieġa f’dak li jaffettwa ħajjithom ta’ kuljum.

Tista taċċessa l-konsultazzjoni pubblika online hawnhekk: https://forms.gle/cD8LXEGiofbsRxcBA

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat