Ejja nagħmluha kif tixraq lil isimha, stqarr l-MEP David Casa dwar il-Liġi ta' Daphne.

11.07.2023 13:28

Ejja nagħmluha kif tixraq lil isimha, stqarr l-MEP David Casa dwar il-Liġi ta' Daphne.

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Quaestor David Casa addressing an event honouring Daphne Caruana Galizia at the European Parliament
Traduzzjoni
Select language:

Il-Parlament Ewropew ivvota b'mod b'saħħtu favur id-Direttiva kontra l-SLAPP, wara dibattitu ħaj waqt is-sessjoni plenarja tal-lum fi Strasburgu.

"Wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-kmamar tal-aħbarijiet Maltin kienu fil-mira ta' bank kriminali, b'azzjoni legali li setgħet tirrovinhom finanzjarjament. Daphne wkoll kienet fil-mira ta' kawża fl-Istati Uniti għal bosta miljuni ta’ Ewro u ma kinitx taf bil-kawża meta nqatlet", irrakkonta Casa, b'referenza għal meta 5 snin ilu bdiet il-kampanja għal-leġiżlazzjoni tal-UE biex tiġġieled kontra SLAPP.

"Din hija opportunità tad-deheb biex nindirizzaw dawn il-prattiċi abbużivi u m'għandniex naħluha", iddikjara s-Sur Casa. Dan bi tweġiba għall-isforzi tal-Kunsill Ewropew biex idgħajjef  id-Direttiva, hekk msejħa l-Liġi ta' Daphne mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová.

"Irridu ningħaqdu maċ-ċittadini Ewropej u kontra dawk li jixtiequ jżommuhom fid-dlam. Irridu ningħaqdu favur id-demokrazija, it-trasparenza u l-istampa ħielsa".

Casa kien l-ewwel wieħed li sejjaħ għad-direttiva Ewropea sabiex jiġi ndirizzat dak li kien qed iqis bħala prattiċi abbużivi, li rrikorrew għalihom kriminali u atturi ħżiena oħra li użaw proċeduri legali biex isikktu lill-kritiċi u jintimidaw lill-ġurnalisti. Huwa għamel kampanja sħiħa favur din il-leġiżlazzjoni li damet għaddejja aktar minn ħames snin.

Casa faħħar il-progress li sar s'issa u rringrazzja lit-tim tal-Parlament Ewropew u lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová tal-ħidma tagħhom filwaqt li wissa kontra l-isforzi tal-istati membri biex idgħajfu l-liġi.

"Ejja niżguraw li l-liġi ta' Daphne tkun denja ta' isimha", Casa appella lill-plenarja fi Strasburgu. 

Issa l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri se jidħlu f'negozjati interistituzzjonali.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat