"Malta hija aħjar mill-qattiela u l-kriminali" - MPE tal-PN

25.03.2021 15:39

"Malta hija aħjar mill-qattiela u l-kriminali" - MPE tal-PN

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Portrait of Daphne Caruana Galiza
Traduzzjoni
Select language:

"Malta hija aħjar minn dawk li qatlu lil Daphne Caruana Galizia u dawk li għamlu minn kollox biex jgħattu lill-kriminali," iddikjaraw l-ewroparlamentari Roberta Metsola u David Casa waqt dibattitu plenarju dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta.

Il-MPE tal-PN sejħu biex dawk kollha li kienu involuti, dawk kollha li ppruvaw jaħbu u dawk il-politiċi kollha marbuta mal-kriminalità jinżammu responsabbli. “Dan huwa dak li hemm bżonn qabel ma pajjiżna jkun jista' jaqbel ma' dak li ġara. Mhux se nieqfu fil-ġlieda tagħna għall-ġustizzja,”qalu l-Membri Parlamentari Ewropej tal-PN.

Il-MPE tal-PN appellaw lill-gvern Laburista Malti u lill-MPE tiegħu biex jieqfu jbiddlu din il-kwistjoni f'waħda partiġġjana. “Il-maġġoranza l-kbira tal-poplu Malti u Għawdxi huma ċittadini onesti, deċenti u li jaħdmu ħafna. Il-ftit korrotti u bla skrupli, li jmexxu dan il-gvern, ma jirrappreżentawx il-maġġoranza l-kbira tal-poplu Malti.

Li tiknes din il-kwistjoni taħt it-tapit huwa eżattament dak li jriduna nagħmlu. L-ewroparlamentari Laburisti jriduna nieqfu. Imma din il-kwistjoni ma tirrigwardax biss lilna, din hija kwistjoni dwar ġustizzja. Irridu naraw it-tmiem tal-impunità u rridu nfittxu ġustizzja għall-istejjer li għalihom inqatlet Daphne Caruana Galizia.

Dan ifisser, li nsaħħu s-sistemi nazzjonali u Ewropej tagħna u li nagħtu lill-Europol aktar awtorità dwar il-qsim transkonfinali ta' evidenza u l-mandat biex jinbdew investigazzjonijiet f'dawn il-każijiet. Dan ifisser, li iwasal iż-żmien li finalment ikollna direttiva Ewropea kontra l-SLAPP, biex tipproteġi l-ġurnalisti.

Għax huwa biss meta issir ġustizzja, inkunu nistgħu nibdew il-proċess ta’ fejqan u l-Maltin jafu dan. Il-Maltin għandhom bżonn din il-ġustizzja. Iriduha. U jistħoqqilhom din il-ġustuzzja. Ieqfu ittrattaw lill-Maltin b’disprezz,” qalu Metsola u Casa.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'175 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat