Ejja nkomplu naħdmu biex persuni b’diżabilità jgħixu b’dinjità - David Casa

27.11.2025 8:49

Ejja nkomplu naħdmu biex persuni b’diżabilità jgħixu b’dinjità - David Casa

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

David Casa MEP
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Fadal ħafna xi jsir fil-qasam tad-diżabilità biex niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura, qal David Casa waqt li kien qed jindirizza lill-Parlament Ewropew nhar l-Ergħha.

Waqt dibattitu dwar strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità wara l-2024, Casa, li jmexxi d-delegazzjoni ta’ Malta fil-PPE qal li miljuni ta’ persuni b’diżabilità fl-Ewropa qegħdin jitħallew lura.

“Meta persuna b’diżabilità ma ssibx l-appoġġ meħtieġ, ma tmurx minn taħt hi biss imma nitilfu aħna lkoll - il-pajjiż, l-ekonomija, is-soċjetà. Għaliex kulħadd għandu x’joffri.”

Casa qal li għalkemm il-Parlament diġa ħa azzjoni, fadal xi jsir biex persuni b’diżabilità jgawdu ġustizzja.

“Meta wassalna l-European Disability Card, bdejna inżarmaw ċerti ostakli imma kemm għad fadlilna x’nagħmlu: biex intejbu l-aċċess għax-xogħol, biex noffru servizzi li jaħdmu, edukazzjoni li tilqa’ lil kulħadd, teknoloġija li tiftaħ il-bibien u mhux li tagħlaqhom,” saħaq Casa.

Hu temm id-diskors tiegħu billi nsista li persuni b’diżabilità ma jridux ħniena jew pjaċiri imma ġustizzja biex jgħixu b’dinjità.

 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat