L-aċċess għall-abort mhux il-mod kif għandha tkun indirizzata l-problema taż-żwiġijiet sfurzati - Zammit Dimech

17.05.2018 9:42

L-aċċess għall-abort mhux il-mod kif għandha tkun indirizzata l-problema taż-żwiġijiet sfurzati - Zammit Dimech

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

”Għandna nagħfsu aktar fuq l-edukazzjoni, l-empowerment tal-mara kif ukoll servizzi ta’ sapport lill-vittmi u mhux nimbuttaw ’l quddiem l-aċċess għall-abort jekk verament irridu nsaħħu l-ġlieda kontra ż-żwiġijiet sfurzati.” Qal dan l-MEP Francis Zammit Dimech wara vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew fil-Kumitat għad-drittijiet tal-bniedem li tiegħu Zammit Dimech hu membru.  

Zammit Dimech, li kien ir-rapporteur f’isem il-Grupp tal-PPE għal dan ir-rapport, saħaq li ż-żwiġijiet sfurzati jolqtu kemm lil tfal bniet u subien u li dan imur kontra d-drittijiet fundamentali u d-dinjità tat-tfal u hija forma ta’ vjolenza. Hu saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tilgħab rwol importanti fil-ġlieda kontra dawn il-prattiċi ħżiena. Għalhekk hu talab lil-UE kif ukoll lill-istati membri biex jaħdmu mal-aworitajiet kompetenti, inkluż sistemi ġudizjarji f’pajjiżi terzi, u biex ikun provdut taħriġ u assistenza teknika sabiex tkun adottata u infurzata leġiżlazzjoni li tiprojbixxi żwiġijiet bikrija u sfurzati.

Hu sahaq li filwaqt li hu jibqa favur bosta proposti pożittivi li tressqu fir-rapport biex tiġi msaħħa l-ġlieda kontra ż-żwiġijiet sfurzati, inkluż numru li ressaq hu, hu vvota kontra r-rapport finali ġaladarba emendi li jsejħu għall-aċċess għall-abort kienu approvati. Hu qal li kif il-Partit Nazzjonalista f’Malta qed jimpenja lilu nnifsu biex jisalvagwardja l-ħajja b’messaġġ ċar kontra l-iffriżar tal-embrijuni, hekk ukoll hu mil-Parlament Ewropew se jaħdem biex jisalvagwardja l-ħajja f’kull forma tagħha. 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat