Liġi qawwija kontra l-iSLAPP mhijiex negozjabbli

25.08.2023 10:14

Liġi qawwija kontra l-iSLAPP mhijiex negozjabbli

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
A perosn with a tape over his mouth, censored, muzzled.
Traduzzjoni
Select language:

Il-MPE David Casa u Ramona Strugariu wrew t-tħassib serju dwar il-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) li qegħdin, dejjem aktar ma jgħaddi, jiżdiedu u qed iseħħu fl-isfond ta’ negozjati dwar Direttiva Ewropea kontra l-iSLAPP.

Il-Ko-presidenti tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Midja kienu qed jirreaġixxu għall-pubblikazzjoni ta’ rapport ġdid mill-Koalizzjoni CASE, li huma organizzazzjonijiet favur il-libertà tal-midja u li ddokumentaw xejra kostanti li tindika b’mod ċar, li l-proċeduri tal-qorti qed jiġu abbużati biex isiktu lill-ġurnalisti.

"Ix-xiri tal-forum, il-proċeduri legali laxki u sistemi li jiffavorixxu lill-miljunarji, qed inaqqsu u jimminaw l-istampa ħielsa tagħna."

Il-liġi kontra l-iSLAPP tistabbilixxi standard minimu madwar l-UE. Din il-liġi l-ġdida ma tħallix lill-Istati Membri jħallu spazzji vojta fil-liġijiet tagħhom intiżi biex jiġu użati kontra ġurnalisti madwar l-Ewropa.

"Ir-rapport tal-lum juri li l-kampanja tagħna kontra l-iSLAPPs hija limitata. Għad fadal wisq nies malizjużi, inkluż gvernijiet, li għadhom jheddu lill-ġurnalisti. Hija għal din ir-raġuni li huwa importanti li l-liġi tieqaf tagħti aktar valur lill-proċeduri twal u għaljin u tagħti prijorità favur rappurtar fattwali fl-interess pubbliku."

Skont ir-rapport, il-Polonja u Malta jinsabu fuq quddiemnett fil-lista ta’ proċeduri kontra r-rappurtar. It-tnejn ġew taħt skrutinju għas-sistemi problematiċi tal-istat tad-dritt tagħhom u għalhekk jibbenefikaw l-aktar minn liġi aktar b'saħħitha kontra l-iSLAPP.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat