Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
24.11.2020 17:15
Metsola tippresedi: Il-plenarja tal-Parlament Ewropew ippreseduta bil-Malti
L-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew li għadha kemm ġiet eletta, Roberta Metsola, kitbet l-istorja peress li saret l-ewwel ċittadina Maltija li ppresediet is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell minn meta ltaqa’ għall-ewwel darba fl-1979.
B’tislima lill-kostitwenza tagħha ta’ Malta u Għawdex, il-Viċi President Metsola tkellmet bil-Malti waqt li kienet qed tmexxi d-dibattiti dwar il-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani u l-impenn kontra l-impunità għal reati mwettqa kontra ġurnalisti.
Il-Viċi-President Metsola qalet “kien unur għalija li ppresedejt il-kamra tal-ewroparlamentari għall-ewwel darba, fin-nuqqas tal-President David Sassoli u verament ħassejt il-piż tal-mument. Tkellimt bil-Malti għax ridt nuri lin-nies kollha li qed jarawna, li tista' tiġi minn kull rokna tal-kontinent Ewropew u li l-ġeografija mhix limitu għall-potenzjal tagħna - u nerġa' nenfasizza li l-Parlament Ewropew huwa d-dar ta' kull Maltija u Għawdxija. Se nibqa' naħdem biex innaqqas id-distanza li teżisti bejn il-Parlament Ewropew u n-nies li nirrappreżentaw.
Kien sinifikanti għalija li ppresedejt għall-ewwel darba waqt dibattitu dwar il-ħtieġa tal-ġustizzja għal reati kontra l-ġurnalisti. Għad hemm wisq pressjoni fuq ġurnalisti fl-Ewropa u lil hinn minnha; għad hemm wisq ġurnalisti taħt theddida u għad hemm bżonn ta’ ġustizzja għal dawk il-ġurnalisti bħal Daphne Caruana Galizia u Jan Kuciak li ġew maqtula biex joħorġu fid-dawl il-verità.
Il-Parlament Ewropew se jkompli jiddefendi l-istampa ħielsa."
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'187 Membru mill-Istati Membri kollha.
Viċi President tal-Parlament Ewropew
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50