"L-isfidi komuni jeħtieġu soluzzjonijiet komuni - Il-MPE David Casa jiltaqa' mal-President tal-partit Ċiprijott Rally Demokratiku

10.10.2019 10:34

"L-isfidi komuni jeħtieġu soluzzjonijiet komuni - Il-MPE David Casa jiltaqa' mal-President tal-partit Ċiprijott Rally Demokratiku

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa MEP
Traduzzjoni
Select language:

"Bħala gżejjer żgħar fin-Nofsinhar tal-Ewropa, Malta u Ċipru jikkondividu sfidi komuni li jeħtieġu soluzzjonijiet komuni. Iż-żewġ pajjiżi minn dejjem kellhom relazzjonijiet politiċi tajbin u din it-tip ta' kooperazzjoni għandha tkompli fis-snin li ġejjin."

Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa qal dan waqt laqgħa mal-President tal-partit politiku Ċiprijott Rally Demokratiku Averof Neofytou, li saret fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Is-Sur Neofytou ilu għal dawn l-aħħar sitt snin President tal-partit fil-gvern f'Ċipru.

Matul il-laqgħa, is-Sur Neofytou rringrazzja lis-Sur Casa għall-kooperazzjoni kbira li dejjem kellu mar-Rally Demokratiku, inklużi l-Membri tiegħu fil-Parlament Ewropew. "Ir-Rally Demokratiku dejjem kellu relazzjoni tajba mal-Partit Nazzjonalista u se jkompli jaħdem id f'id biex jiżgura li l-isfidi li n-nies tagħna jiffaċċjaw fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, jiġu indirizzati mhux biss fuq livell nazzjonali, iżda wkoll fuq livell Ewropew. ”

Kemm is-Sur Casa kif ukoll is-Sur Neofytou ddiskutew kwistjonijiet politiċi attwali bħall-Brexit, l-isfidi ta' aċċessibbiltà li jiffaċċjaw il-gżejjer żgħar, l-immigrazzjoni, kif ukoll kwistjonijiet soċjali. "

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'182 Membru minn 26 Stat Membru.

Kontenut relatat