Casa jiġbed l-attenzjoni għal numru ta’ irregolaritajiet fil-ħatra tal-UE

28.02.2023 13:24

Casa jiġbed l-attenzjoni għal numru ta’ irregolaritajiet fil-ħatra tal-UE

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Quaestor David Casa at the European Parliament Committee meeting
Traduzzjoni
Select language:

L-MEP David Casa wissa lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet proċedurali fil-ħatra tal-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, li l-Uffiċċju tagħha jinsab fil-Belt Valletta.

Dan ġara wara "proċess imtawwal ħafna li kien mimli spekulazzjoni dwar pressjonijiet biex jiġi influwenzat ir-riżultat".

Casa wissa li “kien hemm spekulazzjoni kbira li l-gvern Malti kien qed jimbotta b’mod qawwi kandidati partikolari għall-għażla”, u fakkar fil-kwistjonijiet miftuħa u attwali dwar s-saltna tad-dritt li qed inaqqsu l-indipendenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi.

Il-poplu Malti jistenna li d-drittijiet tiegħu jiġu mħarsa permezz tal-Kummissjoni Ewropea bħala l-istituzzjoni li tiddefendi t-trattati. Għalhekk l-integrità tal-proċess għall-għażla tal-Kap tar-Rappreżentanza l-ġdid/a għandha tkun issalvagwardjata bis-sħiħ.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'176 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat