Casa jinsisti għal finanzjament Ewropew li jgħin lill-ġurnaliżmu

29.04.2020 17:42

Casa jinsisti għal finanzjament Ewropew li jgħin lill-ġurnaliżmu

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Quaestor David Casa MEP
Traduzzjoni
Select language:

L-MEP David Casa insista mal-Kummissjoni Ewropea biex talloka fondi tal-UE għall-ġurnaliżmu indipendenti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kwestur tal-Parlament Ewropew David Casa ngħaqad ma’ numru ta’ MEPs, mill-gruppi politiċi differenti, fis-sejħa biex il-ġurnaliżmu indipendenti u investigattiv ikun mgħejjun.

“Fil-jiem li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippubblika proposta ġdida għall-baġit tal-UE għas-seba’ snin li ġejjin, bejn l-2021 u l-2027. Aħna rridu li l-UE tiddedika fondi permanenti għall-ġurnalisti.

“Il-kumpaniji tal-media ilhom jitilfu l-flus għal aktar minn 20 sena. Il-kriżi tal-Coronavirus għamlet is-sitwazzjoni agħar, u dan, fid-dawl ta’ theddid fuq is-saltna tad-dritt f’numru ta’ pajjiżi tal-UE, inkluż Malta.

Il-ġurnaliżmu indipendenti u bla biża’ hu l-pilastru ta’ kull pajjiż li jsejjaħ lilu nnifsu demokrazija, u dawn il-prinċipji huma l-qafas tal-valuri tal-UE. Għalhekk ninsistu mal-Kummissjoni Ewropea biex tieħu miżuri b’saħħithom u kuraġġjużi li jiddefendi l-prinċipji fundamentali, fi kliem ieħor il-libertà tal-midja, u dan billi toħloq dan il-fond,” qal l-MEP Casa.

 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'187 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat