Casa jħeġġeġ li ssir inkjesta pubblika dwar Jean Paul Sofia

16.03.2023 13:36

Casa jħeġġeġ li ssir inkjesta pubblika dwar Jean Paul Sofia

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Quaestor David Casa at the European Parliament Committee meeting
Traduzzjoni
Select language:

Jibgħat ittra lill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa

L-MEP David Casa kiteb lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, Dunja Mijatović u talabha tara għalfejn il-Gvern Malti qed ikompli jinsisti kontra l-bidu ta’ inkjesta pubblika indipendenti dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

“Meta l-ħajja ta’ persuna tittieħed jew tintilef, l-istat għandu obbligi ċari li jwettaq investigazzjoni effettiva dwar il-mewt ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu,” qal Casa fl-ittra tiegħu, filwaqt li kompla jgħid li dawn huma “raġunijiet konvinċenti favur inkjesta pubblika indipendenti dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.”

Huwa ta sostenn lil omm Jean Paul Sofia li qalet li inkjesta maġisterjali ma kinitx biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Gvern taħt il-liġi internazzjonali.

“Ommu jistħoqqilha għeluq. Jistħoqqilha li tkun taf preċiżament għaliex binha m’għadux magħna, x’wassal għall-mewt tiegħu, jekk inkisrux ir-regolamenti li kienu maħsuba biex iżommuh sigur, u jekk hemmx individwi li huma responsabbli għat-telfa ta’ binha.”

“L-istat Malti għandu obbligi lejn iċ-ċittadini tiegħu, u għandu obbligu assolut li jħares id-dritt tal-ħajja,” iddikjara Casa. “Dan ifisser li tinvestiga b’mod effettiv, pubbliku u indipendenti t-telf ta’ ħajjiet, inkluż il-firxa tar-responsabbiltà tal-istat u ommu għanda tkun involuta b’mod ċar.”

Casa temm b’appell biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm aktar familji mġiegħla joħorġu fl-isfera politika biex jiġġieldu għad-drittijiet fundamentali tagħhom tal-bniedem.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'176 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat