Casa: Il-Fond Soċjali għall-Klima għandu jservi lil dawk l-aktar fil-bżonn

Casa: Il-Fond Soċjali għall-Klima għandu jservi lil dawk l-aktar fil-bżonn

06.10.2026 12:33

Casa: Il-Fond Soċjali għall-Klima għandu jservi lil dawk l-aktar fil-bżonn

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

David Casa
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

L-MEP David Casa laqa’ t-tnedija tal-Fond Soċjali għall-Klima f’Malta, li se jiffinanzja investiment f’akkomodazzjoni soċjali, enerġija rinnovabbli u trasport aktar nadif għall-familji vulnerabbli u n-negozji żgħar.

Casa, li jmexxi d-delegazzjoni Maltija fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew, kien wieħed min-negozjaturi ewlenin tal-Parlament Ewropew dwar il-Fond Soċjali għall-Klima u kellu rwol ewlieni biex l-allokazzjoni għal Malta tiżdied b’mod sostanzjali. L-ammont li Malta se tirċievi tela’ għal madwar għaxar darbiet dak oriġinarjament previst.

“Meta nnegozjajna dan il-Fond, il-prijorità tagħna kienet ċara: it-tranżizzjoni ekoloġika trid ittejjeb il-ħajja tan-nies u tiżgura li ħadd ma jibqa’ lura,” qal Casa.

“Ninsab sodisfatt li issa se naraw dawn il-fondi jintużaw għal investiment f’akkomodazzjoni aħjar, kontijiet tal-enerġija orħos u trasport aktar aċċessibbli. Huwa proprju għalhekk li nħoloq il-Fond Soċjali għall-Klima.”

Casa saħaq, iżda, li issa huwa kruċjali li l-Fond jitħaddem kif suppost.

“Li ġibna dan il-finanzjament kien biss l-ewwel pass. Se nkomplu nkunu attenti biex niżguraw li kull ewro jintefaq kif suppost u b’mod trasparenti, u li l-fondi fil-fatt jaslu għand in-nies li għalihom kienu maħsuba,” qal Casa.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'184 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat