Sanzjonijiet kontra l-Iżrael, irrikonoxxu lill-Palestina - Casa

22.05.2025 9:44

Sanzjonijiet kontra l-Iżrael, irrikonoxxu lill-Palestina - Casa

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

David Casa MEP
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

“Għandna sitwazzjoni umanitarja li qed tiggrava ma’ kull sekonda li tgħaddi fil-Lvant Nofsani. Il-gvernijiet ma jistgħux jibqgħu siekta għal dak li hu għaddej,” iddikjara l-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN David Casa waqt dibattitu dwar is-sitwazzjoni f’Gaża fis-sessjoni tal-plenarja tal-Parlament Ewropew li saret fi Brussell.

Casa kkundanna l-attakk tal-Hamas tas-7 ta’ Ottubru u tenna s-sejħa tiegħu biex l-ostaġġi kollha jingħataw il-ħelsien. “Imma l-Hamas mhumiex il-ġurnalisti. Mhumiex it-tobba. Mhumiex in-nisa u l-irġiel Palestinjani innoċenti. U l-Hamas mhumiex it-tfal u t-trabi. Il-Hamas mhumiex it-trabi. U lanqas huma dawk li qed jipprovdu l-għajnuna umanitarja.”

Il-ġimgħa li għaddiet, flimkien ma’ MEPs minn gruppi politiċi differenti, Casa appella lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà Kaja Kallas biex taħdem ħalli tissospendi l-ftehim ta’ assoċjazzjoni tal-UE mal-Iżrael.

“Il-gvern tal-Prim Ministru Netanyahu qabeż kull limitu ta’ diċenza. Ma nistgħux nibqgħu siekta f’wiċċ din il-krudeltà. Għandna nissospendu l-ftehim ta’ assoċjazzjoni u nikkunsidraw sanzjonijiet qawwija kontra l-gvern ta’ Netanyahu,” iddikjara Casa.

Casa appella wkoll lill-Istati Membri kollha biex jirrikonoxxu lill-Istat Palestinjan. “U nappella lill-istati membri kollha, u partikolament Malta: irrokkonixxu l-Istat Palestinjan bla aktar dewmien. Dan huwa test tal-umanità tagħna lkoll,” ikkonkluda Casa.

https://www.facebook.com/share/v/1AZUSKrt3P/

 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat