Peter Agius f’diskussjoni mal-Maritime Forum u l-MEPs Maltin fi Brussell fuq l-impatt tar-regoli Ewropej fuq il-prezzijiet tat-trasport u l-freeport Malti

05.03.2026 14:56

Peter Agius f’diskussjoni mal-Maritime Forum u l-MEPs Maltin fi Brussell fuq l-impatt tar-regoli Ewropej fuq il-prezzijiet tat-trasport u l-freeport Malti

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Peter Agius
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Aħdmu flimkien biex jinbidlu r-regoli perversi tal-EU dwar it-taxxa fuq l-emissjonijiet – il-Forum Marittimu lill-MEPs Maltin fi Brussel

Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius laqqa’ diskussjoni mal-Forum Marittimu Malti bis-sehem ta’ MEPs Maltin oħra u membri tal-uffiċċji Parlamentari tagħhom bil-għan li tiġi kkordinata aħjar il-ħidma nazzjonali biex issir pressjoni u jinbiddlu r-regoli Ewropej dwar it-trasport bil-baħar li kontinwament qed ifissru żidiet fl-ispejjes u telf ta’ kompetittivita’ fuq il-Port Ħieles ta’ Malta.

Il-Forum Marittimu ppreżenta statistika li turi kif servizz ta’ trasbord mill-lvant imbiegħed lejn Malta qed jiġi jiswa’ madwar €102,321 iktar minħabba t-tariffi marbuta mal-Emmission Trading System (ETS) tal-Unjoni Ewropeja meta mqabbel ma’ vjaġġ fuq l-istess rotta li jsorġi fl-eqreb portijiet tal-Afrika ta’ Fuq li m’humiex suġġetti għall-ETS.

Il-President tal-Malta Maritime Forum Godwin Xerri qal li b'riżultat ta’ din it-taxxa Ewropeja, il-portijiet u l-hubs li m’humiex fl-Unjoni Ewropeja esperjenzaw żieda fix-xogħol ta’ 6 miljun TEU mqabbel ma’ 500,000 TEUs li raw il-portijiet fl-Unjoni Ewropeja.

Is-Sur Xerri spjega wkoll li dan it-tnaqqis fix-xogħol qed iwassal biex Malta titlef il-konnettivita’ li kellha bil-baħar għax qed jonqsu in-numri u l-frekwenzi tat-traġġitti merkantili għall-Malta li qed iħalli impatt negattiv fuq l-industrija f’Malta.

Il-Viċi Chairman tal-Malta Maritime Forum Alex Montebello qal li dawn l-ispejjes addizzjonali nġusti fuq il-portijiet Ewropej qed ifissru telf ta’ xogħol.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Forum Marittimu Kevin Borg argumenta li r-regoli Ewropew iktar naqqsu x-xogħol lill-portijiet Ewropew milli l-emissjonijiet fl-arja kif kien intenzjonat.

Għal din id-diskussjoni kienu preżenti l-MEPs Alex Agius Saliba, Thomas Bajada u Daniel Attard, kif ukoll rappreżentanti mill-uffiċċji tal-MEP David Casa u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

L-MEPs kollha qablu li s-sistema Ewropeja tal-ETS qed timponi piżijiet ekonomiċi u ufinanzjarji disproporzjonati u qed tinjora ir-realtajiet operattivi veri tas-settur marittimu Malti.

Id-diskussjoni enfasizzat ukoll li r-riforma meħtieġa m’għandix tkun biex ssolvi l-każ ta’ Malta biss iżda trid tara l-istampa usa u tiġi indirizzata mil-lenti ta’ kompetittivita’ Ewropeja li bħalissa qed tiġi ndirizzata fil-Parlament Ewropew.

Waqt il-laqgħa saru diversi interventi li saħħqu li jkun kruċjali li bis-saħħa ta’ azzjoni kkordinata u data fattwali jiġi żgurat li r-riforma meħtieġa mhux se tnaqqar il-miri marbuta mal-emissjonijiet.

Fi tmiem il-laqgħa, l-MEP Peter Agius saħaq li kwistjonijiet bħal tal-emissjonijiet u l-aspett marittimu huma ta’ interess nazzjonali wiesa’ u jeħtieġu sforz nazzjonali kkoordinat biex nikkonvinċu diversi livelli differenti fil-mekkaniżmu tat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew. “Il-laqgħa tagħna llum uriet rieda kollettiva biex nimxu ’l quddiem flimkien fl-interess nazzjonali; ejjew inżommu dan għaddej għall-ġid tal-familji, l-ħaddiema u n-negozji Maltin,” ikkonkluda Peter Agius.

 

 


 [KB1]Long winded

 [KB2]Bring together?

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'187 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat