Casa jgħid lill-Kunsill tal-Ewropa li l-Prim Ministru Malti jappoġġja l-kriminalità istituzzjonalizzata

03.10.2023 10:48

Casa jgħid lill-Kunsill tal-Ewropa li l-Prim Ministru Malti jappoġġja l-kriminalità istituzzjonalizzata

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa MEP
Traduzzjoni
Select language:

Politiċi jingħataw permess biex iwettqu atti kriminali

Evidenza li nkixfet fl-aħħar ġimgħat turi b’mod ċar il-manipulazzjoni korrotta fuq il-votanti li hija mifruxa mal-entitajiet governattivi bl-iskop li jiġu manipulati l-elezzjonijiet,” sostna David Casa.

Casa rrefera għall-iskandlu tax-xiri tal-voti li kkorrompa skema maħsuba għal persuni b’diżabbiltà severa u l-aħbarijiet riċenti tal-liċenzji tas-sewqan li qed jinħarġu biex jintrebħu l-voti għall-partit fil-gvern.

“Iż-żewġ skemi juru b’mod ċar li l-istituzzjonijiet nazzjonali huma maħtufa u li huma mmirati biss biex jinkisbu għanijiet partiġġjani, a skapitu taċ-ċittadini onesti u tas-sigurtà taċ-ċittadini,” sostna Casa waqt li rrefera għaż-żewġ skemi.

“Dan huwa inkompatibbli mat-tħaddim tajjeb tad-demokrazija. Agħar minn hekk hu l-fatt li fi tmiem il-ġimgħa, il-Prim Ministru Malti sejjaħ lil dawk responsabbli biex ikomplu jaħdmu kif dejjem għamlu.

“Filwaqt li dawk li bbenefikaw minn benefiċċji intiżi għad-diżabilitajiet li ma kellhomx u dawk li jaħdmu fl-iskema ta’ liċenzjar qed jiġu mħarrka kriminalment, l-imħuħ wara din l-iskema u dawk li ordnaw il-prattiċi korrotti, mhux biss qed jiġu protetti mill-prosekuzzjoni iżda qed jiġu mħeġġa jkomplu.

L-istat tas-saltna tad-dritt f’Malta messet qiegħ ġdid u dan għandu jitqies sew mill-Kunsill tal-Ewropa, li għandu d-dmir li jippromwovi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u s-saltna tad-dritt,” temm jgħid Casa.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat