MEP Peter Agius maż-żgħażagħ bid-dijabete'

03.07.2025 17:59

MEP Peter Agius maż-żgħażagħ bid-dijabete'

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Bħala parti mill-ħidma kontinwa tiegħu fil-qasam tad-Dijabete, il-bieraħ fi Brussell, l-MEP Peter Agius laqqa flimkien numru sabiħ ta’ żgħażagħ mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Olivér Várhelyi u mal-Kummissarju Ewropew għaż-Żgħażagħ Glenn Micallef. Id-djalogu bejn iż-żgħażagħ u l-politiċi wera uħud mill-isfidi li jgħixu żgħażagħ bid-dijabete kif ukoll uħud mis-soluzzjonijiet possibli għall-kura u l-prevenzjoni tad-dijabete. Dan id-djalogu politiku wera wkoll l-irwol essenzjali li għandhom iż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika Ewropea qrib in-nies.

L-avveniment laqqa’ diversi żgħażagħ—uħud jgħixu bid-dijabete tat-tip 1 u oħrajn impenjati fil-prevenzjoni—biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jipproponu soluzzjonijiet għal din il-kundizzjoni lill-awtoritajiet tal-UE. L-għan kien wieħed ċar: li jinbena futur aktar b’saħħtu u inklussiv, b’żgħażagħ fil-qalba tal-politika u l-prevenzjoni tad-dijabete. Waqt li indirizza lill-parteċipanti, l-MEP Agius irringrazzja lill-Kummissarji Ewropej talli qed ipoġġu d-dijabete fuq quddiem fl-aġenda tal-UE u faħħar liż-żgħażagħ preżenti għall-kuraġġ u l-għarfien tagħhom.

“Intom m’intomx sempliċement pazjenti,” qalihom Agius. “Intom mexxejja, attivisti, u aġenti tal-bidla. L-istejjer tagħkom iġibu urġenza fil-politika, u l-enerġija tagħkom tnissel tama.”  Agius enfasizza wkoll il-bżonn ta’ appoġġ għas-saħħa mentali, li tinkiser l-istigma, u li jkun hemm aċċess ugwali għall-kura u t-teknoloġija li ssalva l-ħajjiet. Huwa saħaq li l-gruppi mmexxija miż-żgħażagħ diġà qed jibnu reżiljenza u netwerks ta’ appoġġ—u jistħoqqilhom jiġu msaħħa fuq kull livell ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

Il-Kummissarju Ewropew Malti Glenn Micallef qal li l-Kummissjoni impenjata li timbotta stil ta' ħajja aktar san permezz tal-isports.  Il-Kumissarju Ewropew Varhelyi spjega l-viżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-Ewropea tqarreb aktar għal mudell ta' kura personalizzata, bħall-prevenzjoni tad-dijabete’ u l-mard tal-qalb,  anke bl-għajnuna tal-inteliġenza artifiċċjali (AI). 

Iż-żgħażagħ qasmu bosta esperjenzi personali fostom esperjenzi ta' stigma u preġudizzju fl-iskejjel fuq studenti bid-dijabete u li jilbsu l-apparat biex jikkontrolla l-insulina. Fost dawn Martin mill-Awstrija spjega kif huwa u sħabu bdew serje ta' videos biex jispjegaw lil żgħażagħ oħra xi tfisser tgħix bid-dijabete. Martina, żgħażugħa Maltija, spjegat kif għal bosta Maltin l-akbar sfida hija li jkollom l-aħħar apparat teknoloġiku li jgħinhom jimmaniġġjaw aħjar il-kundizzjoni tad-dijabete’. Maritna spejgat kif tagħmir l-iktar modern bħal continuous glucose monitors u pompi tal-insulina ta' spiss ma jkunux disponibbli Malta u talbet lill-Kummissjoni Ewropeja tgħin b’azzjoni konkreta dwar dan. 

L-avveniment intemm b’impenn mill-partijiet kollha involuta biex ikompli sew djalogu maż-żgħażagħ , is-soluzzjonijiet jinbidlu f’investimenti u bl-involviment taż-żgħażagħ stess il-prevenzjoni u l-kura tad-dijabete jitpoġġew fuq nett tal-prijoritajiet Ewropew. 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat