Metsola tappella lil Timmermans biex jinforza l-istandards tal-arja u jimbotta għal projbizzjoni tal-plastik

09.10.2019 17:12

Metsola tappella lil Timmermans biex jinforza l-istandards tal-arja u jimbotta għal projbizzjoni tal-plastik

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Roberta Metsola MEP
Traduzzjoni
Select language:

"Wasal iż-żmien li l-Kummissjoni Ewropea żżid l-infurzar tagħha fuq il-kwalità tal-arja fl-Istati Membri. L-arja nadifa hija dritt għalina lkoll, ma nistgħux inħallu lill-Istati Membri jaqblu ma' standards għoljin fi Brussell biex imbagħad jinjorawhom f’pajjiżom stess.  L-arja nadifa saret waħda mill-iktar kwistjoni li qed tħasseb lin-nies f’Malta, f’Għawdex u fl-Unjoni Ewropea kollha. Irridu naġixxu u ninsab kuntenta li l-Viċi President Timmermans huwa impenjat li jieħu azzjoni," qalet il-Membru tal-Parlament Ewropew għal Malta u Għawdex Roberta Metsola.

L-MEP Metsola kienet qed titkellem waqt is-seduta ta’ smigħ ta' Frans Timmermans bħala Viċi President innominat u nkarigat mill-ambjent. Wara li l-MPE Metsola qajmet il-kwistjoni tal-projbizzjoni tal-plastik li jintuża darba biss, Timmermans wiegħed li l-UE se tissieħeb f'kampanja biex tiżgura projbizzjoni mmexxija minn Nazzjonijiet Uniti fuq l-agħar plastiks tad-dinja li jintużaw darba biss.

"Malta u Għawdex huma gżejjer u anke jekk aħna nnaqqsu l-konsum tagħna ta' plastik li jintuża darba biss, fil-każ tagħna hemm possibilità li l-kurrenti tal-baħar iġorru l-iskart minn pajjiżi terzi. Għandna bżonn allura projbizzjoni fuq livell globali biex niksbu l-effett li għandna bżonn."

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'182 Membru minn 26 Stat Membru.

Kontenut relatat