Il-Kopresidenti tal-Grupp ta’ Ħidma tal-midja tal-PE jikkundannaw it-theddid tal-Azeri fuq ġurnalisti protetti

18.07.2023 10:20

Il-Kopresidenti tal-Grupp ta’ Ħidma tal-midja tal-PE jikkundannaw it-theddid tal-Azeri fuq ġurnalisti protetti

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa MEP
Traduzzjoni
Select language:

Il-Kopresidenti tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-midja tal-Parlament Ewropew, il-MPE David Casa u Ramona Strugariu, ikkundannaw bil-qawwa l-aġir tal-President ta’ Azeri Ilham Aliyev fil-konfront tal-ġurnalisti, li f’diskors tiegħu hedded lill-ġurnalisti, bloggers, u attivisti kritiċi tar-reġim awtoritarju tiegħu. Id-diskors ġie rrappurtat lill-Pjattaforma tas-Sikurezza tal-ġurnalisti tal-Kunsill tal-Ewropa.

Kien Mahammad Mirzali li ġibed l-attenzjoni dwar dan id-diskors. Mirzali huwa blogger b’segwaċi sostanzjali li jkopri suġġetti fosthom il-korruzzjoni marbuta mal-familja fil-gvern tal-Azeri. L-Ażerbajġan ġie implikat fl-iskandli Ewropej tal-enerġija u l-pajjiż qed jiffaċċja allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.

Mirzali, flimkien ma’ oħrajn, ħarbu mir-reġim ta’ Aliyev iżda xorta waħda kien suġġett għal attentat ta’ assassinju fi Franza. Il-Kopresidenti tal-Grupp ta’ Ħidma MEDIA enfasizzaw l-appoġġ tagħhom għall-ġurnalisti kollha u tennew l-appell tagħhom biex l-Ażerbajġan jirrispetta l-obbligi internazzjonali tiegħu. Huwa importanti li l-Ewropa tkun kontinent sikur għal dawk kollha li jeżerċitaw il-libertà tal-espressjoni tagħhom.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat