Il-Liġi ta’ Daphne approvata - issa tibda l-ħidma biex niżguraw traspożizzjoni ġusta - Casa

27.02.2024 12:26

Il-Liġi ta’ Daphne approvata - issa tibda l-ħidma biex niżguraw traspożizzjoni ġusta - Casa

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Quaestor David Casa addressing an event honouring Daphne Caruana Galizia at the European Parliament

“Ilna 6 snin, imma fl-aħħar għandna Direttiva Ewropea Kontra l-iSLAPPs,” stqarr David Casa, li kien l-ewwel MPE biex jappella għal din id-direttiva fil-bidu tal-2018 u li ilu jikkampanja għaliha minn dak iż-żmien.

Casa kkumenta fuq id-Direttiva Kontra l-iSLAPPs eżatt wara li l-Parlament Ewropew ta l-aħħar approva tiegħu fuq il-ftehim li ntlaħaq. Issa jmiss li tidħol fis-seħħ bħala liġi.

Casa beda l-kampanja tiegħu wara kmamar tal-aħbarijiet Maltin irċivew ittri intimidanti mill-Pilatus Bank wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-ittri ordnaw lill-ġurnali jbiddlu l-kontenut jew jiffaċċjaw azzjoni legali f’ġurisdizzjonijiet oħra li kienu jkissruhom finanzjarjament. Is-sur Casa kien qal li azzjoni bħal din kienet ‘abbużiva’ u effettivament “intimidazzjoni tal-istampa ħielsa”.

“Fil-bidu l-ostaklu ewlieni kien li nsibu bażi legali li kienet tagħti poter lill-EU biex toħloq liġi. Grazzi għax-xogħol tal-Viċi President Věra Jourová, dak l-ostaklu għelibnieh. Imma huwa vera wkoll li l-EU setgħet tasal sa ċertu punt, u li d-Direttiva primarjament tkopri dawk il-każijiet li għandhom element cross-border.

“Għalhekk flimkien mad-Direttiva, il-Kummissjoni nediet Rakkomandazzjoni li tagħmilha ċara li l-proviżjonijiet tad-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-każijiet domestiċi. Irridu naħdmu qatigħ biex niżguraw li dan iseħħ fl-UE kollha u speċjalment f’Malta” iddikjara Casa.

d-Direttiva se tiżgura li ser ikun hemm mekkaniżmu biex jitwaqqa’ l-każ SLAPP mal-ewwel ċans, li s-sentenzi SLAPP ġejjin minn barra l-UE ma jiġux infurzati, u li jiġu imposti konsegwenzi finanzjarji effettivi fuq dawk li jużaw is-SLAPP.

“Li l-Liġi ta’ Daphne issa hija realtà hija kisba sostanzjali. Imma issa rridu niżguraw li tkun denju tal-isem li ngħatat, anke billi nassiguraw traspożizzjoni neċessarja li taħseb għall-każijiet kollha SLAPP - anke dawk li huma kompletament domestiċi.”

Casa rringrazzja lit-tim tan-negozjar tal-Parlament għall-ħidma tiegħu sabiex jassigura l-prijoritajiet tal-Parlament. Kif ukoll appella lill-Gvern Malti biex ma jdewwimx it-traspożizzjoni u biex jirtira l-kawżi SLAPP tiegħu stess kontra djar tal-midja Maltin, bħal dawk relatati mal-ġlieda kontra t-talbiet tal-libertà tal-informazzjoni.

"Filwaqt li niġġieldu għal liġijiet u protezzjoni aktar b'saħħithom, fil-verita, gvern li huwa antagonistiku għal-libertà tal-istampa huwa ta' ħsara għad-demokrazija tagħna."

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'178 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat