Żgħażagħ minn 12-il pajjiż jinnegozjaw fil-Parlament Ewropew f’attivita mal-MEP Peter Agius.

12.12.2025 8:31

Żgħażagħ minn 12-il pajjiż jinnegozjaw fil-Parlament Ewropew f’attivita mal-MEP Peter Agius.

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Il-Ħamis fi Brussell ħames MEPs minn pajjiżi differenti laqgħu gruppi ta’ żgħażagħ fosthom 41 minn Malta għal diskussjoni u negozjati fuq temi Ewropej fosthom l-AI u l-użu tal-Media Soċjali.

Fil-ftuħ tal-attivita li saret fil-Parlament Ewropew fi Brussell l-MEP Peter Agius qal li "Il-politiċi ma nafux kollox - irridu nisimgħu mingħandkom kif għandna niddeċiedu temi li l-aktar jolqtu liż-żgħażagħ fosthom l-opportunitajiet u sfidi tal-AI, il-media soċjali u s-saħħa mentali. Għalhekk ridna nistednukom hawn biex tipprattikaw l-Ewropa - tinnegozjaw bejnietkom bħal MEPs u b’hekk tkunu preparati biex tipparteċipaw aktar fid-demokrazija Ewropea."

Għal din l-attivita pparteċipaw aktar minn 150 żgħażugħ/a minn 12-il-pajjiż bi gruppi minn Lussemburgu, Ġermanja, Ungerija, Irlanda u Malta li ffurmaw partiti Ewropej u nnegozjaw, tkellmu f’dibattiti u ressqu emendi bil-miktub u bil-fomm. L-attivita, msejħa simEUlation, saret bil-ħsieb li ż-żgħażagħ jitħarrġu aktar kif taħdem l-Ewropa fil-prattika u kif tista tbiddilha u tużaha għall-ġid tal-popli Ewropej.

Fl-attivita pparteċipaw gruppi ta’ żgħażagħ inkluż minn Teamstart u MZPN, fosthom kandidati, attivisti, kunsilliera u sindki tal-PN kif ukoll diversi MEPs minn pajjiżi oħra inkluż Regina Doherty, Dora David, Niels Geuking u Martine Kemp.

Fl-għeluq tal-attivita l-MEP Peter Agius qal li ż-żgħażagħ jistgħu ikunu l-akbar ambaxxaturi tal-Unjoni Ewropea għax Ewropa b’saħħita hija importanti biex huma jirnexxu fil-karrieri u l-proġetti tagħhom kemm bħala studenti kif ukoll bħala ħaddiema jew imprendituri żgħażagħ fil-ġejjieni qarib.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat