Roberta Metsola tmexxi n-negozjati tal-PPE dwar temi baġitarji ewlenin

26.09.2018 15:35

Roberta Metsola tmexxi n-negozjati tal-PPE dwar temi baġitarji ewlenin

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

Il-Membru tal-Parlament Ewropew għal Malta u Għawdex Roberta Metsola ġiet magħżula bħala n-negozjatur ewlieni tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fi ħdan il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar ħdax-il rapport ta' opinjoni marbuta mal-baġit tal-UE.

Ir-rapporti ta' opinjoni jittrattaw il-baġit għall-aġenziji u l-uffiċċji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-UE għas-sena finanzjarja 2017 kif ukoll il-prestazzjoni, kontroll u ġestjoni finanzjarja tal-baġit ġenerali tal-UE. Ir-rapporti jeżaminaw il-finanzi ta' aġenziji bħall-Europol, l-EASO bbażata f'Malta, il-Frontex, l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u oħrajn.

"L-MEPs iridu jiffirmaw il-kontijiet kollha tal-aġenziji tal-UE għas-sena 2017 u dawn ir-rapporti tal-opinjoni se jidħlu f’dak il-proċess. Neħtieġu aktar trasparenza dwar kif qed jintefqu l-fondi pubbliċi u n-nies jistħoqqilhom ikunu jafu li l-Aġenziji tagħna qed jonfqu l-baġits tagħhom kif suppost. Ir-rwol tiegħi bħala n-negozjatur tal-PPE fil-Kumitat huwa li niżgura li l-interessi tal-pubbliku li jħallas it-taxxa qed jiġu protetti.

Aktar trasparenza se tfisser aktar fiduċja fl-UE u se tgħin biex tinbena l-fiduċja sħiħa - dan huwa dak li jien impenjata u li se nibqa nagħmel bħala MEP għal Malta u Għawdex" qalet l-MEP Metsola.

"L-aġenziji, l-uffiċċji u ċ-ċentri tal-Unjoni Ewropea huma essenzjali biex l-UE twettaq azzjonijiet speċifiċi u xogħol f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inkluż kooperazzjoni ġudizzjarja u ta' sigurtà u infurzar tal-liġi. Din is-sena rajna wkoll baġit ikbar għal investigazzjonijiet bejn il-pajjiżi mill-Europol - li nittamaw li se jkollhom effett pożittiv fuq l-aġenzija" qalet l-MEP Metsola.

Il-voti dwar dawn ir-rapporti se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat