David Casa jissottometti n-nomina tiegħu għall-Elezzjoni tal-PE

25.04.2024 18:32

David Casa jissottometti n-nomina tiegħu għall-Elezzjoni tal-PE

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa
Traduzzjoni
Select language:

Illum, Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN, l-MEP David Casa, mill-ġdid ressaq in-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Is-Sur Casa rringrazzja lil dawk li nnominawh, fosthom lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Mandy Mallia, Peppi Azzopardi, u d-Deputat Alex Borg.

“Issa aktar minn qatt qabel, għandna bżonn rappreżentanza b’saħħitha fil-Parlament Ewropew. Neħtieġu skrutinju Ewropew aktar b’saħħtu biex nikkumbattu l-ħtif tal-istituzzjonijiet ta’ Malta mill-Gvern Laburista. Neħtieġu sforz kontinwu biex nipproteġu l-ġustizzja għall-poplu Malti u Għawdxi. U rridu nwasslu riżultati b’saħħithom li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini permezz ta’ inizjattivi u leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE.”

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat