L-EMFA risposta lill-gvernijiet b’disprezz lejn il-ġurnalisti - Casa

12.03.2024 14:40

L-EMFA risposta lill-gvernijiet b’disprezz lejn il-ġurnalisti - Casa

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Quaestor David Casa addressing an event honouring Daphne Caruana Galizia at the European Parliament

F’diskors fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, l-MEP David Casa appella għal vot b’saħħtu fuq il-European Media Freedom Act, fejn sejjaħlu “għodda b’saħħitha li kapaċi tiżgura li l-pressjoni abbużiva kontra l-ġurnalisti nwaqqfuhom darba għal dejjem.”

“Id-demokrazija tbati meta l-ġurnalisti jiġu mhedda,” sostna Casa.

Casa fakkar l-aħħar intervista li tat Daphne Caruana Galizia għaxart ijiem qabel l-assassinju tagħha, fejn kienet ilmentat il-pressjoni intensa mill-gvern fuq il-finanzi tal-gazzetta fejn kienet tikteb, meta insista li titlef xogħolha minħabba dak li kienet tikteb.

“M’aħniex se nibqgħu naċċettaw li x-xandir pubbliku jkun propaganda tal-gvern, li l-gazzetti jsofru muntanja pressjoni għax il-gvern ma jridx iħallihom jagħmlu xogħolhom.”

Casa kkritika lill-Gvern Malti tal-atteġġjament dispreġġjattiv lejn il-ġurnalisti, anke wara li nstab risponsabbli li ħalaq atmosfera li ppermetta l-assassinju ta’ Daphne.

“Fl-aħħar għandna tarka oħra għall-ġurnaliżmu, u allura nappella għal vot b’saħħtu u biex din il-ġlieda nkompluha bis-saħħa kollha tagħna,” ikkonkluda l-MEP.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'178 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat