Ipprotestaw biex twarrbu l-korrotti - Casa lill-Ispanjoli

18.06.2025 18:35

Ipprotestaw biex twarrbu l-korrotti - Casa lill-Ispanjoli

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Spain
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

L-MEP u l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonali tal-PN David Casa kkmanda l-podju biex jagħmel sfida ħarxa lill-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej għad-difiża għamja tagħhom tal-Partit Soċjalista fi Spanja li l-gvern tiegħu huwa mgħobbi bi skandli relatati mal-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter.

"Kelli diskors ippreparat. Però se nbiddlu," beda Casa, waqt dibattitu dwar is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt fi Spanja.

Casa fakkar lis-Soċjalisti Ewropej bir-rekord tagħhom jiddefendu lil Joseph Muscat, li ddeskrivah bħala "wieħed mill-aktar politiċi korrotti li qatt kellna."

"Muscat ukoll ġie jiskuża ruħu," fakkar Casa, waqt li rrikonoxxa l-apoloġija tal-Prim Ministru Sanchez għall-korruzzjoni fil-gradi tiegħu. "Imma l-poplu Malti ħareġ jipprotesta fit-toroq. Il-Maltin sforzah barra. U llum, m'għadux il-Prim Ministru ta’ Malta.

"Sanchez jinsab fl-istess triq," wissa Casa.

"Il-korruzzjoni hija serq u l-korruzzjoni toqtol." Qatlet lil Daphne Caruana Galizia, u xorta kontu tiġu hawn, il-Partit Soċjalista Ewrpoew, tiddefedu lil wieħed mill-aktar prim ministri korrotti fl-istorja tagħna li taħt il-ħakma tiegħu ġiet assassinata ġurnalista talli investigat l-korruzzjoni.

“Imisskom tistħu,” sostna Casa.

L-MEP ikkritika lis-Soċjalisti tad-disservizz tagħhom lill-poplu Spanjoli, filwaqt li ddikjara l-appoġġ tiegħu għall-protestanti u ħeġġiġhom ikomplu jipprotestaw kontra politiċi korrotti.

“Komplu pprotestaw,” ħeġġeġ Casa. “Bil-protesti tagħkom, għada il-Prim Ministru Sanchez ikun sfurzat jirriżenja.

“Postu mhux fil-gvern. Postu jiffaċċja l-ġustizzja,” ikkonkluda Casa fost l-applaws.

 

Link għall-filmat: 
https://www.facebook.com/share/v/16fGQdXrUt/?mibextid=wwXIfr

 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat