Il-MPE Roberta Metsola nnominata bħala l-MPE tas-Sena

11.02.2020 10:03

Il-MPE Roberta Metsola nnominata bħala l-MPE tas-Sena

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Head of PN Delegation Roberta Metsola MEP speaking in the hemicycle of the European Parliament.
Traduzzjoni
Select language:

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ġiet innominata bħala l-MPE tas-Sena għall-ħidma tagħha fuq il-ġustizzja għat-tielet darba li huwa rekord.

B’mod partikolari, l-organizzaturi kkwotaw il-ħidma tagħha dwar il-ħarsien tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa kollha u r-rwol tagħha fil-ħarsien tal-ġustizzja, il-verità u r-responsabbiltà wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galiza f’Malta, bħala l-fatturi ewlenin wara n-nomina tagħha.

"Jien kuntenta ħafna li ġejt innominata. Kienet sena partikolarment impenjattiva kemm f'termini ta' negozjar ta' leġislazzjoni ġdida, kif ukoll minħabba l-kampanja għal elezzjoni Ewropea, u anki f’dak li għandu x’jaqsam ma riformi fuq livell Ewropew. Huwa unur li wieħed ikun nominat għal dan il-premju prestiġjuż għat-tielet darba. Meta ġejt eletta għall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew, ġejt determinata li nuri li r-realtajiet ġeografiċi ta' Malta mhumiex ta' xkiel għad-determinazzjoni tagħna bħala pajjiż jew bħala poplu. Nispera li din in-nomina turina - partikolarment lin-nisa żgħażagħ - li hija s-saħħa tal-argumenti li hu l-iktar importanti u mhux il-volum tal-vuċi”.

Is-sena li għaddiet, il-MPE Metsola kienet ir-rapporteur li kitbet u nnegozjat il-liġi l-ġdida tal-UE dwar il-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropea, li ppermettiet 10,000 gwardja ġdida fil-fruntieri tal-Ewropa. Il-MPE Metsola ġiet eletta wkoll bħala l-ko-president tal-korp il-ġdid Kontra l-Korruzzjoni tal-Parlament Ewropew.

L-MEP Metsola diġa ingħatat il-premju tal-ewroparlamentari tas-Sena darbtejn qabel.

Ir-rebbieħa f'kull kategorija jitħabbru waqt ċerimonja fi Brussell fil-25 ta 'Marzu 2020.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'187 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat