Il-MPE jikkundannaw il-qtil tal-ġurnalist Grieg

09.04.2021 17:52

Il-MPE jikkundannaw il-qtil tal-ġurnalist Grieg

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
A perosn with a tape over his mouth, censored, muzzled.
Traduzzjoni
Select language:

Aħna, il-membri hawn taħt iffirmati, li nagħmlu parti mill-Grupp ta' Ħidma tal-Midja fil-Parlament Ewropew, ninsabu xxokkjati u nikkundannaw bil-qawwa l-qtil tal-gurnalist prominenti dwar il-kriminalità, Giorgos Karaivaz.

Is-Sur Karaivaz ġie attakkat aktar kmieni llum minn żewġt irġiel fuq mutur, li sparaw mill-inqas sitt darbiet, eżattament meta kien qed jirritorna d-dar mix-xogħol tiegħu bħala gurnalist dwar il-kriminalità fuq in-netwerk tat-TV STAR. Is-Sur Karaivaz kien magħruf sew għax-xogħol tiegħu, bħala ġurnalist li jirrapporta aħbarijiet dwar il-pulizija Griega u l-kriminalità, u li anki jopera websajt li tirrapporta dwar dan is-suġġett.

Dan huwa att brutali u viljak kontra d-demokrazija Ewropea u l-valuri demokratiċi. Il-libertà tal-istampa u s-sigurtà tal-ġurnalisti fl-Ewropa sejrin lura qatiegħ u l-qtil tal-lum huwa tfakkira oħra li fin-nuqqas ta’ liġijiet xierqa u mezzi oħra, ġurnalisti indipendenti jkomplu jmutu waqt li jkunu qed jaqdu dmirhom.

Hemm bżonn li naġixxu issa biex nipproteġu l-ġurnaliżmu indipendenti u investigattiv.

Nappellaw lill-awtoritajiet Griegi biex, malajr kemm jista’ jkun, jibdew investigazzjoni dwar dan il-qtil orribbli u jiżguraw li l-awturi u l-imħuħ ta' dan ir-reat jiġu identifikati u mħarrka.

Ninsabu spalla ma’ spalla mal-istampa indipendenti u ħielsa u nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tas-Sur Karaivaz.

Ramona Strugariu, MPE Renew Europe, Ko-president

David Casa, MPE EPP, Ko-president

Magdalena Adamowicz, MPE EPP

Massimiliano Smeriglio, MPE S&D

Irena Joveva, MPE Renew Europe

Viola von Cramon-Taubadel, MPE Ħodor / EFA

Alice Kuhnke, MPE Ħodor / EFA

Dace Melbarde, MPE ECR

Lucia Duris Nicholsonova, MPE ECR

Stelios Kouloglou, MPE Ix-Xellug

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'175 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat