Casa jressaq rikors fil-qorti dwar id-depożiti ta’ Christian Borg

25.04.2023 13:01

Casa jressaq rikors fil-qorti dwar id-depożiti ta’ Christian Borg

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa MEP
Traduzzjoni
Select language:

L-MPE David Casa illum ressaq rikors il-Qorti dwar l-iżvelar li l-awtoritajiet naqsu milli jinvestigaw u jipproċedu kontra Christian Borg, minkejja tagħrif dwar tranżazzjonijiet li kellhom jiġu identifikati bħala riskji ta’ ħasil ta’ flus.

Ir-rikors fil-Qorti tressaq wara artiklu ta’ The Sunday Times of Malta li jallega għadd kbir ta’ ħasil ta’ flus u frodi tal-VAT. Christian Borg, li ta’ spiss ftaħar bir-rabtiet mill-qrib tiegħu mal-Prim Ministru Robert Abela, qed jaffaċċja allegazzjonijiet separati ta’ ħtif ta’ persuna u frodi.

“Permezz tal-avukat tiegħi Dr Jason Azzopardi, ippreżentajt rikors il-Qorti biex niġbed l-attenzjoni formali tal-maġistrat tal-għassa dwar il-fatti xokkanti li jinsabu fl-artiklu ppubblikat il-Ħadd li għadda minn Jacob Borg,” stqarr Casa.

Casa enfasizza li lanqas każ wieħed mill-fatti gravi allegati ma ġie miċħud, inkluż €100,000 depożitati f’47 ATM fuq medda ta’ xahar biss.

"Il-Financial Crimes Investigations Unit ilha fil-pussess ta' dawn il-fatti għal diversi xhur," sostna Casa, li għamel referenza għal sorsi tal-pulizija. “Minkejja dan, mhux biss naqsu milli jaġixxu, imma lanqas biss interrogaw lil Christian Borg biex jitolbu spjegazzjoni.

"Inħoss li huwa d-dmir morali tiegħi li nagħmel dan il-pass," spjega Casa, filwaqt li enfasizza l-ipokrezija ta' dawk li qed jgħaddu minn martirju biex jimmaniġġjaw il-fondi modesti tagħhom, filwaqt li kriminali b’rabtiet ma’ politiċi jkomplu jitħallew jiksru l-liġi u jaħslu l-miljuni b’impunità. “Dan hu li qiegħed jikkawża l-ħsara fir-reputazzjoni ta’ Malta u l-kollass tas-saltna tad-dritt.

“Il-familji u n-negozji żgħar qed jiġu sagrifikati biex jipproteġu lill-kriminali."

Casa kkritika lill-banek talli eluf ta’ nies qegħdin jgħaddu minn labirint ta’ proċeduri biex jiddepożitaw somom żgħar, b’differenza fit-trattament inspjegabbli. Peress li l-BOV huwa elenkat pubblikament, hemm dmir li jispjega ruħu mal-pubbliku dwar il-fatt li ma identifikax id-depożiti illegali lill-FIAU, iddikjara Casa.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'176 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat