Casa jiltaqa’ mal-Familja Rjali Belġjana

09.01.2020 13:58

Casa jiltaqa’ mal-Familja Rjali Belġjana

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Quaestor David Casa meets Belgian King and Queen
Traduzzjoni
Select language:

Illum, il-Kwestur tal-Parlament Ewropew David Casa għamel żjara ta’ kortesija lir-Re u r-Reġina tal-Belġju. Huwa kien mistieden bħala Membru tal-Bureau tal-Parlament Ewropew għall-bidu tas-sena l-ġdida.

Ħafna mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jinsabu fil- u madwar il-kapitali Belġjana, Brussell u bis-saħħa t’hekk, bosta uffiċjali tal-UE jgħixu u jaħdmu fi Brussell u fi bliet oħra Belġjani. Għal din ir-raġuni hemm relazzjoni partikulari u b'saħħitha ħafna bejn l-UE u l-Istat Belġjan. Wara l-laqgħa mar-Re u r-Reġina l-ewroparlamentari Casa enfasizza l-importanza tal-UE, li bħala korp multilaterali jservi bħala xempju ta’ stabbiltà f’dinja li qed tinbidel malajr u xi kultant tkun saħansitra imprevedibbli.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'182 Membru minn 26 Stat Membru.

Kontenut relatat