Casa: Il-Parlament Ewropew jibqa’ jiddefendi d-demokrazija

12.09.2019 10:32

Casa: Il-Parlament Ewropew jibqa’ jiddefendi d-demokrazija

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

L-MEP David David Casa għamel l-ewwel żjara ta' kortesija tiegħu lill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, minn meta ġie elett Kwestur fil-Parlament Ewropew.

"Biż-żieda tal-populiżmu madwar il-kontinent Ewropew u bl-awtoritarjiżmu jerġa’ joħroġ fid-deher f'numru ta' pajjiżi tal-UE, il-Parlament Ewropew jibqa' fortizza tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Ma rridux naċċettaw din is-sitwazzjoni kif inhi. Ejja naraw aktar bir-reqqa x’inhuma l-bżonnijiet tan-nies, imma ejja wkoll niddefendu l-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea," qal David Casa ftit wara l-laqgħa.

Il-laqgħa ffokat fuq il-ħidma ta’ David Casa fil-Bureau tal-Parlament Ewropew, l-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea, kif ukoll oqsma ta’ interess komuni bħal-libertà tal-midja u l-protezzjoni tal-ġurnalisti.

L-Bureau tal-Parlament Ewropew huwa wieħed mill-ogħla entitajiet tal-Parlament Ewropew u huwa l-entità li tistabbilixxi r-regoli għall-Parlament. Il-Bureau jikkonsisti mill-President tal-Parlament Ewropew, il-Viċi Presidenti u l-Kwesturi li jkunu eletti mill-MEPS. Jiddeċiedi l-materji amministrattivi, organizzattivi u finanzjarji kollha.

Il-President tal-PE Sassoli rringrazzja lis-Sur Casa għall-ħidma tiegħu bħala Kwestur kif ukoll bħala membru attiv tal-Parlament Ewropew. Minkejja li huma ġejjin minn gruppi politiċi differenti, it-tnejn qablu li jaħdmu flimkien biex jiddefendu l-valuri komuni tagħhom.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'182 Membru minn 26 Stat Membru.

Kontenut relatat