Casa jinsisti għal aktar appoġġ mill-UE għas-settur tal-midja

01.12.2020 12:56

Casa jinsisti għal aktar appoġġ mill-UE għas-settur tal-midja

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

L-MEP Casa f’laqgħa mal-Kummissarji Ewropej Jourova u Breton

Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa qed jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea tressaq ‘il quddiem mekkaniżmu trasparenti u imparzjali li jintuża biex ikunu allokati flus għall-kmamar tal-aħbarijiet madwar l-Ewropa. Hu qal li l-ammonti tal-flus u min ikun ibbenefika minn dawn il-fondi, għandhom ikunu pubbliċi u jkunu aġġornati b’mod regolari.

L-MEP Casa għamel dan l-appell waqt laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza, Vera Jourova u l-Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern, Thierry Breton. Casa pparteċipa f’din il-laqgħa bħala l-Ko-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Parlament Ewropew għall-Midja.

Waqt li irrefera għall-isfidi li qed jiffaċċjaw il-kmamar tal-aħbarijiet madwar l-Ewropa waqt il-pandemija COVID-19, David Casa qal li dan is-settur intlaqat b’mod sinifikanti, u l-prijorità tal-Unjoni Ewropea għandha tkun li tipprovdi l-appoġġ li hemm bżonn kemm jista’ jkun malajr.

F’dan ir-rigward, hu insista li filwaqt li l-Istati Membri għandhom jingħataw ir-riżorsi biex jappoġġjaw il-kmamar tal-aħbarijiet, irid ikun assigurat li dawn il-fondi ma jaffettwawx il-pluraliżmu tal-midja u li ma jpoġġux f’riskju ċ-ċensura editorjali. “Il-mekkaniżmu propost jipprevjeni lill-gvernijiet milli jużaw il-flus biex jagħmlu pressjoni fuq il-kmamar tal-aħbarijiet fir-rappurtaġġ tagħhom,” qal Casa.

Waqt il-laqgħa, l-MEP Casa, li jifforma parti mill-Bureau tal-Parlament Ewropew u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Bureau dwar il-Politika tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni, laqgħa l-impenn tal-Kummissarju Jourova li tippreżenta liġi kontra l-iSLAPP is-sena d-dieħla.

Il-Kummissarji infurmaw ukoll lill-MEPs bl-impenn tagħhom li jippreżentaw Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Demokrazija Ewropea. L-għan ta’ dan il-pjan hu li jassigura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-sistema demokratika. Il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu se jkunu komponenti ewlenin ta’ dan il-pjan.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'187 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat