Peter Agius jivvota favur il-bdiewa u kontra regoli ġodda fuq il-ħamrija, jappella għal implimentazzjoni li ma tpoġġix aktar piżijiet fuq il-bdiewa

23.10.2025 12:35

Peter Agius jivvota favur il-bdiewa u kontra regoli ġodda fuq il-ħamrija, jappella għal implimentazzjoni li ma tpoġġix aktar piżijiet fuq il-bdiewa

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture

Il-bdiewa għandhom bżonn aktar għajnuna u mhux aktar regoli Ewropej li jdaħħluhom fi spejjeż u burokrazija ġdida.” qal l-MEP Peter Agius illum fi Strasburgu wara l-vot fuq Direttiva ġdida fuq il-Monitoraġġ tal-Ħamrija.

Id-Direttiva ser iddaħħal rekwiżiti ġodda fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea biex isiru sistemi ta’ kontrolli regolari u monitoraġġ tal-kwalita u l-kimiċi fil-ħamrija.

Id-Direttiva proposta hija diġa appoġjata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Ministri u ser iddaħħal kontrolli ġodda u monitoraġġ regolari tal-ħamrija fMalta. L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius u David Casa ivvutaw kontra d-Direttiva.

Meta l-bdiewa protestaw aħna wegħdna li ser nisimugħom. Dakinhar qalulna li ma jridux aktar piżijiet iżda jridu għajnuna u appoġġ biex ikomplu jitmawna. Illum smajna l-għajta tagħhom u għedna le għal aktar regoli fuq il-bdiewa. Issa nappella biex il-gvern jimplimenta din id-Direttiva bilgħaqal bmod li l-piż iġorru l-gvern u mhux ilbdiewa li diġa għandhom ħajja diffiċli ferm biex jikkompetu ma prodott barrani u spejjeż dejjem jiżdiedu,” għalaq Dr Agius.
 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat