Pass ieħor biex id-Direttiva ta’ Casa dwar il-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol issir liġi

26.02.2019 14:41

Pass ieħor biex id-Direttiva ta’ Casa dwar il-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol issir liġi

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa MEP and Jean-Claude Juncker, President of the European Commission
Traduzzjoni
Select language:

Il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali approva l-ftehim li David Casa laħaq mal-Kunsill dwar id-Direttiva tal-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol. Dan ifisser li din id-direttiva issa hi eqreb li ssir liġi. Il-ftehim ġie approvat b’31 vot favur u 3 voti kontra. “Din il-liġi tal-UE tfisser investiment dirett fiċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Hu pożittiv ferm li rnexxielna nassiguraw maġġoranza b’saħħitha fil-Kumitat, u dan jawgura tajjeb għall-vot finali li mistenni jsir ftit ġimgħat oħra fi Strasburgu.” Wara l-vot finali, l-Istati Membri jkollhom tliet snin biex idaħħluha fil-liġijiet tagħhom.

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal: “Din id-Direttiva hi l-ewwel waħda konkreta tal-pilastru soċjali tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, taħt ir-responsabiltà tal-Kummissarji Marianne Thyssen u Věra Jourová. Hija liġi li tindirizza l-ugwaljanza tas-sessi, wara 10 snin fejn ma sar xejn fuq dan is-suġġett. Hi wkoll pass ieħor biex l-Ewropa ssir aktar soċjali.”

Id-Direttiva se tintroduċi 10 t’ijiem ta’ leave imħallas għall-missirijiet, u mill-4 xhur ta’ parental leave, kull ġenitur jista’ jieħu xahrejn imħallsin u li ma jkunux trasferibbli. Din il-liġi se tiprovdi wkoll 5 t’ijiem ta’ leave fis-sens magħruf bħala carers’ leave, u d-dritt li jintalbu arranġamenti ta’ ħidma flessibbli.

“Malta hi waħda mill-Istati Membri li se tibbenefika mill-introduzzjonijiet ta’ dawn id-drittijiet f’din id-direttiva. F’dan ir-rigward, aħna għadna lura meta mqabbel ma’ Stati Membri oħra. Id-Direttiva se jkollha rwol importanti biex titnaqqas id-differenza bejn il-ħaddiema nisa u rġiel, kif ukoll fl-iżbilanċ fil-pagi u fil-pensjonijiet. Dawn id-drittijiet għandha jitqiesu bħala servizzi soċjali u l-ispiża għandu jġorrha l-gvern, speċjalment biex jipprevjeni tfixkil fl-immedjat lin-negozji, b’mod partikolari lill-SMEs,” qal Casa.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'217 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat