Il-MPE Metsola ġġedded il-pressjoni għall-inkjesta dwar Daphne Caruana Galizia

04.09.2019 13:27

Il-MPE Metsola ġġedded il-pressjoni għall-inkjesta dwar Daphne Caruana Galizia

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

Waqt li l-iskadenza tal-Kunsill tal-Ewropa riesqa ġmiela, għall-PM Joseph Muscat, sabiex jordna inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Membru tal-Parlament Ewropew għal Malta u Għawdex, Roberta Metsola llum stiednet lill-Presidenza Finlandiża l-ġdida tal-Kunsill tal-Ewropa biex tingħaqad mal-isforzi tal-ħafna li qed jitolbu inkjesta pubblika.

Illum, Metsola tkellmet fil-Parlament Ewropew waqt dibattitu dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza, mal-Ministri Finlandiżi tal-Ġustizzja u l-Intern. Il-MPE Metsola - li hija wkoll il-Koordinatur tal-Grupp parlamentari tal-PPE dwar dawn il-kwistjonijiet - qalet li l-libertà tal-istampa hija intrinsikament marbuta mat-tħaddim xieraq tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-demokrazija. "L-Ewropa rat żewġ ġurnalisti maqtula, cioe Daphne Caruana Galizia u Jan Kuciak, it-tnejn maqtula brutalment fi żmien xahar minn xulxin. Il-Kunsill tal-Ewropa insista fuq inkjesta indipendenti li għandha titnieda dan ix-xahar u l-Istati Membri għandhom jissieħbu fis-sejħa biex tkun assigurata ġustizzja wkoll ”.

Fit-tweġiba tagħhom il-Ministri qalu li l-protezzjoni tal-istat tad-dritt hija essenzjali f'kull Stat Membru u l-Presidenza se tipproponi mekkaniżmu dwar l-istat tad-dritt u rapport annwali biex tanalizza dan.

Dwar il-migrazzjoni, il-MPE Metsola tenniet li s-sistema li tipprovdi ċertezza għal tfittxija, salvataġġ u żbark hija meħtieġa bil-kbir, flimkien ma' sett konkret ta' miżuri li jippermettu l-qsim tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri kollha. "Din mhix sitwazzjoni li tista' jew għandha tiġi ttrattata biss minn Stati Mediterranji bħal Malta, l-Italja, il-Greċja jew Spanja. Hemm ħafna x’ jista’ jsir għax hemm lok għal titjib”.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'182 Membru minn 26 Stat Membru.

Kontenut relatat